L-MEP Nazzjonalista Peter Agius ikompli jipprova jitnejjek bin-ies.
Ma kienx biżżejjed li waqqa’ lilu nnifsu għaż-żufjett ta’pajjiż meta bit-traskuraġni tiegħu, qabad u fajjar dikjarazzjoni fil-Parlament Ewropew iħeġġeġ għall-infurżar tal-Liġijiet kontra n=noise pullition, b’hekk poġġa f’periklu ċar it-tradizzjoni tal-festa Maltija, u jimmina l-istatus storiku miksub mill-UNESCO bħala patrimonju.
Issa jrid ikompli jitnejjek bin-nies, nilli juża fondi Ewropej u jorganizza seminar f’Għawdex fuq ix-xiri ta’ vapuri ġodda għall-Gozo Channel.
Peter Agius għandu don partikolari: Dak li jispara fil-bajd tiegħu stes, qas f’Saqajgħ!
Dan għaliex filwaqt li bi flus l-Ewropa tista’ tagħmel u tparla kemm trid, Peter Agius – lill-Għawdxin – ma jgġidilhomx il-verita.
Hu veru li l-vapuri t’Għawdex issa deħlin fiż-żmien. Inbnew fi żmien Gvern Nazzjonalista taħt Eddie Fenech Adami u tlestew fi żmien Lawrence Gonzi.
Ħadu s-snin biex inbnew, swew il-miljuni fuq miljuni.
Iżda twettaq żball oħxon ħafna.
Il-PN = bħal f’kollox – ma ħasibx fit-tul.
Bena flotta ta’ vapuri ‘made to measure’ li llum ma ssib l-ebda vapuri oħra bħalhom fid-dinja.
Insejna li domna snin twal, bi spiża enormi mit-taxxi tagħna biex propju nbnew terminals u mollijiet apposta fl-Inġarr u fiċ-Ċirkewwa, għar-rampi u l-bibien għall-passiġġieri.
Dan ifisser li l-akkwist ta’ vapuri ġodda – cioe’ – il-bini ta’ vapuri ġodda, se jfisser tħabbila sew tal-moħħ għall-inġiniera.
Se nerġgħu nkissru kollox u nibnu mill-ġdid?
Kemm se jieħu żmien?
Dawn huma problemi vera li qed jiffaċċa l-pajjiż minħanna dan in-nuqqas ta# viżjoni tal-PN meta kien fil-Gvern.