Partitarji, tesserati u saħansitra kandidati prospettivi għall-kariga ta’ kap nazzjonalista huma rvellati kontra l-Patt Mxajtan li qed jinħema biex minflok elezzjoni għal Kap jitpoġġa Adrian delia bħala Kap tal-Oppożizzjoni u li Roberta Metsola bħala l-Kap tal-PN u xorta żżomm postha bħala l-President tal-Parlament Ewropew.
Fis-siegħat li għaddew, hekk kif dan il-Patt – li jaġevola lill-estremisti li jsalvaw f’każ li elezzjoni tpoġġi moderat li jkeċċihom – ħafna huma dawk li tkellmu ma dan is-sit biex jesprimu l-għadab tagħhom kontra dan il-pjan, li informazzjoni dwarha qed tkun ppruvata mill-ogħla esponenti tal-PN.
L-akbar rabja ġejja mill-kandidati prospettivi, li qed isostnu li din hi ħadma apposta biex jimblukkaw elezzjoni u jċaħħdu lit-tesserati mili jivvutaw u jagħmlu l-għażla leġittima ta’ kap tal-Partit.
Filwaqt li l-Viċi Kap Alex Perici Calascione kien l-uniku s’issa li ħareġ għonqu għat-tesserati f’kummenti lil MaltaToday li qed jiddefendi l-jedd tat-tesserati, qal li l-għażla ta’ Kap ‘interim’ tal-PN jmur kontra l-istatut tal-partit.
Perici Calascione kien l-ewwel wieħed li pubblikament ħa pożizzjoni kontra din il-mossa makkjavelljana, li telimina għal kollox lil Bernard Grech li jibqa’ sa ma jinħatar suċċessur tiegħu, u tevita elezzjoni u tgħaddi tal-estremisti biex jibqgħu jikkontrollaw il-PN.