Minkejja li l-Partit Nazzjonalista jinsab fi kriżi finanżjarja kbira, jirriżulta li l-eks ġurnalista Nathaniel Attard li daħal bħala l-Kap tal-Komunikazzjoni ta’ Bernard Grech ftit tax-xhur ilu, ngħata pakkett ta’ €52,000 fis-sena.
Imkejjen infurmati fid-Dar Ċentrali qalulna li bosta huma l-impjegati fid-Dar Ċentrali huma mgħaddba għal din l-aħbar li bdiet toħroġ fis-siegħat li għaddew wara r-riżenja ta’ Bernard Grech minn Kap tal-PN.
‘Għal min iridu għandhom flus’ sostna ma’ dan is-sit impjegat, li staqsa kif minkejja l-problemi finanżjarji kbar li għandu l-PN, jista jaffordja pagi bħal dawn.
‘Mhux ta’ b’xejn il-paniku għall-maratoni’ sostna magħna ħaddiem ieħor li kellimna b’mod anonimu, filwaqt li rrefera għal stqarrija li ħareġ l-istess Nathaniel Attard il-beiraħ kontra dak li ktibt jien dwar il-kriżi taċ-ċedoli tal-PN, fejn self li jlaħħaq il-€5 miljun mingħand il-partitarji qed jgħafas fuq il-PN apparti d-denj ta’ aktar minn €42 miljun.
Dan is-sit irrapporta kif wħud minn dawk li selfu mal-€5m000, €10,000 u €15,000 qed jintalbu jikkunsidraw idawwru s-self f’donazzjoni, jew jistennew maratoni ġbir ta’fondi biex jibdew jitħallsu.
Fl-istqat=rrija l-bieraħ, Nathaniel Attard qal li l-iskema taċ-ċedoli hi ‘legali u trasparenti’, iżda dan ma nistgħu nafuh qatt, għaliex il-PN ilu ma jippubbika rendikont finanżjarju għal dawn l-aħħatr ħames snin, kemm ilu Kap Bernard Grech.