Tassew hi Oppożizzjoni defiċjenti, pappagall ta’ Repubblika u li tivvota kontra kull proposta paralemntari tal-Gvern, basta tagħmel il-ħsara.
L-aħħar defiċjenża ħarġet il-bieraħ, meta l-Oppożizzjoni ħarġet kontra l-emendi li ressaq il-Gvern biex jgħolli għal 70 l-eta’ tal-irtirar tal-Membri tal-Ġudikatura, u li tinħatar persuna li tissorvelja ħidment l-istess Membri.
Fil-Parlament, l-Oppożizzjoni lissnet bħal pappagall l-oġġezzjonijiet ta’ Repubblika għal dawn l-emendi, meta ma tafx li kienu l-istess Membri tal-Ġudikatura li talbuhom.
Il-fatti juru li minn korrispondenża uffiċċjali bejn l-Assoċjazzjoni tal-Ġudiokatura u l-Gvern, li talbu biex l-irtirar jitla’ minn 68 sena għal 70 sena, u fl-istess ħin, kienet l-Assoċjazzjoni tal-Ġudikatura stess li talbet għall-ħatra ta’ persuna awtorevoli li tissorvelja l-operat ta’l-Ġudikatura.
Għal darb’ oħra, il-PN wera lill-poplu li sar pappagall ta’ Repubblika, li qed fuq din qed tagħmel plejtu banali u tagħmel ħsara arra l-pajjiż u jpinġu lill-Gvern bħala xi dittatur li jrid jindaħal fuq il-Ġudikatura, meta hi l-Ġudikatura nnifisha li tridhom!
Il-PN spiċċa!