Perla oħra mill-Partit Nazzjonalista dwar Ħal-Għargħur!
Mela l-PN qed jitkażaw għax Francesca Attard irriżenjat minn bħala Viċi-Sindku tagħhom u saret indipendenti u llejla, flimkien maż-żewġ Kunsilliera Laburisti ivvutat favur Możżjoni ta’ Sfiduċja fis-Sindku Nazzjonalista helen Gauci, li issa tilfet postha.
Filwaqt li dawn nesew li l-Kap attwali tal-PN Bernard Grech tajjar lil Adrian delia mit-tmexxija li kien elett mill-maġġoranża tat-tesserati tal-PN stess, issa qed jakkużaw lill-Prim Ministru Rpbert Abela qed ‘jgħaddi romblyu’ minn fuq ir-residentital-lokal!
Tal-PN qalu li l-Prim Ministru ‘b’mod mill-aktar anti-demokratiku, il-Partit Laburista għadda vot ta’ sfiduċja fis-Sindku tal-lokalità Helen Gauci’.
X’waħda din! Kemm hi inġusta l-ħajja hux Bernard Grech?
Issa x’se jagħmel Beppe Fenech Adami li ma jistax jaċċetta jgħix f’lokalita’ fejn il-PN m’għandux it-tmexxija tal-lokalita? Tgħid kif se jistrieħ fuq l-imħadda bil-lejl?
Ħbieb tal-PN, l-ewwelnett Robert Abela m’għadda romblu minn fuq ħadd f’Ħal-Għargħur, anzi!
Robert Abela xeba’ jgħawweġ il-ħadid hemmhekk, għand Bertu’s Gym!
Din id-darba għawweġ lill-PN kif jixraq!