Sur Norman Vella, l-impulsivita’ tiegħek ġimgħa ilu biex malajr toħroġ tattakkani għaliex kxiftek bħala l-persuna wara rapporti lill-Pulizija kontra numru ta’ persuni fuq allegat ‘hate speech’ fuq post fuq Facebook dwar il-każ tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Għedt li ma kontx int, wara li ppubblikajt post li Jeremy Portelli kien illiberat mill-akkużi fil-Qorti, propju fuq rapport li instigajt int stess.
Il-Pulizija fil-fatt sabu l-post tiegħek ta’ sentejn ilu, u kif ġimgħa wara numru ta’ persuni kienu tressqu l-Qorti minħabba fik.
Għamilt xenata fuq Facebook. Attakkajtni, ċempilt l-allat kollha biex tgiddibni, biex ftit wara ġejt mgiddeb pubblikament mill-Avukata Rachel Tua li staqsietek pubblikament biex ‘tinfriska l-memorja’.
Bqajt tinsisti u saħansitra għamilt kuntatt mal-Pulizija biex tara min kien ‘il-ġurdien’ li kixfek.
Fil-fatt il-Pulziija ma kixfitekx. Anżi, inkxift waħdek, għaliex qatt ma dehert int biex tissostanzja l-akkuża li għamilt int kontra Jeremy Portelli.
Tant hu hekk, li minħabba x-xenata tiegħek, Supretendent tal-Pulizija qed ikun investigat mill-Internal Affairs tal-Korp.
Dan il-fiżżjal kellu d-dmir li jinvestiga r-rapport sew u jkollu każ suriet in-nies qabel ma ressaq lin-nies quddiem il-Qorti.
Meta l-każ ta’ Jeremy Portelli beda jikkollassa fuq nuqqas ta’ prova, kien l-istess uffiċċjal prosekutur li bil-provi magħluqa – ried jittanta jerġa jiftaħ il-każ – u kien hu stess li ammetta – meta nqast li tidhert int biex treġi l-akkuża, li qal: ‘ma tafx int, kif jagħmlu dawn?’
Insomma, biex naqtagħha fil-qasir, Sur Vella, personali kontrik m’għandi xejn, u nafek bħala tal-affari tiegħek. Ma nistax iżda naqbel mal-persekuzzjoni tiegħek kontra kollox li hu Laburist.