Għażiz Norman Vella,
Fil-ħajja sfortunatament xi darba trid tinżerta xi karattru li bil-Malti ngħidulu ‘fiswa’. Din il-persuna tħalli riħa iżda ma’ tagħmilx ħoss. Ikunu propju dawk il-karattri li trid tevita, għaliex huma antipatiċi, vixxidi u aktar minn hekk cowards għaliex jinħbew wara l-keyboard ta’ computer. Jippuntaw subgħajhom lejn kategorija ta’ nies (Laburisti) u meta mbgħad iddur kontrihom, jippruvaw isibu ġustifikazzjoni u jistaħbew.
Sur Vella, f’għajnejja dan hu l-identikit tiegħek.
Kemm int ħelu Norman. Meta taqbad u tfajjar fuq il-Laburisti fuq il-mezzi soċjali tgħidx kemm tifraħ u tibgħat għal likes u shares. Iżda meta l-imwejjed jinqelbu u tispiċċa int taħt l-ispotlight, tinfexx tfittex għall-kenn ta’ sieħbek Karol Aquilina u l-akkolti tiegħu.
Għidli kemm-il telefonata għam,ilt lill-Avukata Rachel Tua, lil-Pulizija, lill-Karol Aquilina, lil Jason Azzopardi, biex mingħalik ssib skuża għall-perdekuzzjoni kontra Laburisti li għoġbok tesponi, bl-iskop li tiħroġ ta’ hero mal-PN u ta’ Repubblika?
Għamilli pjaċir tkomplix iddaħħaq, u ddejjaq lin-nies.
Trid tikteb lill-Prim Ministru? Trid tikteb lill-Eżekuttiv tal-Partit Laburista? Ħa nagħmlu hekk, tridx tikteb ukoll lill-President Donald Trump ukoll? Ikteb kemm trid u lil min trid, jekk dan jagħmlek ferħan!
Ara x’jimpurtani mill-ittri u x-xenati tiegħek lill-Partit u lill-Eżekuttiv. Fuq kollox Norman Vella min iż-z*** hu?
Il-fatti huma ċari: Għandek lanżita li tqallgħek kontra l-Laburisti, u mhux se timpressjona la lili u lanqas lil sħabi.
Li naf żgur hu li meta l-affarijiet iduru bir-raġun kontrik u kontra sħabek li għamiltu karriera tippruvaw twettqu assassinji tal-karattri u żżebilħu lin-nies, tibdew tibku u twerżqu qiskom tfal tal-Kinder.
Għamilli pjaċir Norman, mur ilgħab bit-toys sakemm issib raġuni f’ħajtek!
X’kull waħda wkoll ġej mingħalih se jisfidani ħej, is-Sur Norman Price!