Ikomplu l-majnati għall-abbuż ta’ Jason Azzopardi bil-ftuħ ta’ Inkjesti Mapisterjali fażulli u bla provi.
Wara li fil-jiem li għaddew il-Qorti ramiet it-talbiet għal Inkjesti fuq il-Ministru Silvio Schembri, dalgħodu kien imiss lill-Qorti tal-Appell biex tiċħad ukoll it-talbiet ta’ Jason Azzopardi għal inkjesti fuq il-Ministru Clint Camilleri u martu.
B’kollox, kien hemm tliet talbiet ta’ inkjesti maġisterjali minn Jason Azzopardi fil-konfront tal-Ministru Clint Camilleri u martu, u kienu miċħuda kollha.
Fi tliet deċiżjonijiet separati li ħarġet il-Maġistrat Dr Brigitte Sultana qalet li ma tressqet l-ebda biċċa ta’ evidenza minn Jason Azzopardi, li niftakru kif fi żmien il-Milied li għadda beda jitlob l-inkjesti biex jixħet Ministri Laburisti l-ħabs.