Setghu għaddew inosservati fix-xhur u fil-gimgħat li għaddew, iżda mhux inosservati għal taħt għajnejja, minkejja d-disabilita’ li għandi fil-vista.
Hemm negozjant, illum anzjan, iżda ilu jiddikjara li kien donatur tal-PN fi ħdan il-famuza skema ‘JS List’. Dan fi żmien Gvern tal-PN taħt Eddie Fenech Adami u anki taħt Lawrence Gonzi.
Dan in-negożjant kien jagħtihom ċekk fix-xahar. Kellu fabbrika. Negożju sejjer tajjeb ħafna. Kien jirċievi telefonata puntwalissima kull xahar mid-Dar Centrali.
Dik id-donation!!, kienet ir-raġuni tat-telefonata. u dan in-negozjant kien joħroġ iċ-ċekk f’isem il-PN. Ta’ kull xahar. Infallibbilment.
Iżda meta l-kriżi ekonomika laqtet lil Malta – tort il-Gvern tal-PN stress, partikolarment bl-isplużjoni fil-kontijiet tal-enerġija – dan in-negozjant ma felaħx iħallas aktar.
Minn hemm beda l-inkwiet tieghu.
Għax ma setax iħallas aktar lill-PN, sseħħ dak li l-istess negożjant fisser bħala t-titlu tar-RINNEGAT – jiġifieri IL-MIĊĦUD.
Baghtulu kont ta’ mijiet ta’ eluf ta ewro f’VAT li kellu jħallas fi ftit jiem, sekwestrawlu l-fabbrika u biegħulu mat-300 tunnellata ta’ makkinarju f’ temp record bis-subbasta. Fi ftit kliem ġabuħ fixxa. Neżżgħuh għarwien.
Dan ir-rakkont jikxef kif il-PN jaħdem bħal Cosa Nostra. Jitlob l-imsejħa ;Protection Money’. Jekk ma tħallasx ikissrek.
Din il-ġrajja hi waħda minn sensiela ta’ affarijiet taħt il-lenti tal-Pulizija tal-FCID fil-konfront tal-PN.