STQARRIJA TAL-PARTIT LABURISTA
Nhar il-Ġimgħa, il-Qorti tal-Appell, ċaħdet talba għal inkjesta, mill-eks deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi, wara allegazzjonijiet li għamel fil-konfront tal-Ministru Silvio Schembri.
L-allegazzjonijiet ta’ Azzopardi rriżultaw li kienu infondati. Din mhix l-ewwel darba li l-eks deputat Nazzonalista u avukat ta’ Repubblika ħareġ ta’ giddieb.
Gideb fil-konfront tal-Ministru Owen Bonnici.
Gideb fil-konfront tas-Segretarju tal-Kabinett, Ryan Spagnol.
Gideb fil-konfront tal-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Artijiet, Robert Vella.
Jason Azzopardi huwa ħaġa waħda mal-PN u mal-Kap de facto tal-PN Karol Aquilina.
Il-PN kontinwament jagħmel tiegħu l-allegazzjonijiet ta’ Azzopardi, jistiednu biex jirrepetihom fuq l-istazzjon tal-Partit Nazzjonalista u saħansitra jsejjaħ protesti fuq allegazzjonijiet ta’ Azzopardi.
Issa l-mument li Bernard Grech juri hux fuq in-naħa tal-ġustizzja jew le. Il-poplu jistenna li Bernard Grech jiċħad lil Jason Azzopardi. Xejn aktar u xejn anqas.