Tajba wkoll!
Is-Segretarju Ġenerali l-ġdid tal-PN Charles Bonello ħass li kellu jmur barra l-bini tal-PBS fi Gwardamangia u jilmenta li l-Istazzjon Nazzjonali mhux qed jitkellrm bl-istess lingwa tiegħu!
Bonello, li dan l-aħħar daħħal narrattiva ta’ ‘gvern dittatorjali’ u ‘Korea ta’ Fuq’ ma jafx jistħi!
Flimkien ma’ Nathaniel Attard, il-Kap tal-Komunikazzjoni tal-PN u lid-Deputata Claudette Buttigieg, ilmenta li l-aħbarijiet tal-PBS mhux qed jinterpreta sew dak li jgħid il-PN fl-istqarrijeit li joħroġ.
Per eżempju, jekk l-aħħar statistika turi li l-aħħar rata ta’ inflazzjoni hi ta’ 1.9%, il-PN irid li l-PBS jgħid li l-ħajja għoliet, meta fil-verita’ Mlata għandha fost l-anqas rati ta’ inflazzjoni fl-Ewrozona.
Eżempju ieħor hu jekk il-PN ħareġ stqarrija jgħid li l-Awditur qed jinvestiga t-tender għall-inċeneritur fil-Magħtab, mhux tajjeb li l-PBS jgħid: ‘il-PN qal li l-Awditur se jinvestiga t-tender’!
Jekk Charles Bonello ddejjaq diġa bil-kaos li għandu madwaru fid-Dar Ċentrali, m’għandux jinfexx fi ħmerijiet u jsib l-iskuża biex joħroġ ftit il-barra għall-arja, barra l-bini tal-PBS.
Charles Bonello jista’ jgġidilna hu meta kien fis-segretarjat ta’ Kastilja fi żmien Lawrence Gonzi, kemm hu u sħabu Edgar Galea Curmi u Gordon Pisani kienu jċemplu u jiddettaw lil Natalino Fenech – dak iż-żmien Kap tal-aħbaijiet tal-PBS – fuq x’għandu jintqal fuq l-aħbarijiet!
Charles Bonello ma jistax jiċħdu dan, għaliex jien kont hemm u naf kif ħadmu kemm hu u sħabu!
Komdu llum tgħid mod, iżda meta kien żmienu f’Kastilja ħadem mod ieħor.
Ħallina Chal tridx?
Allaħares niftaħ ħalqi jien fuq kif kien jitmexxa l-PBS fi żmien GonziPN, meta INT kont Kastilja ma’ sħabek, għax nassigurak li ma ddumx fil-kariga, diġa impopolari tiegħek ta’ Segretarju Ġenerali!