Eh Bernard Grech! Imma għaliex tagħmilli hekk għid?
Ma tafx li bqajt nirrepetilek li jien ‘monstru maħluq mill-PN, u xejn ma jiżgiċċali?’
Qbdatek, u qbadetk f’gidba ħoxna, gidba li int u sħabek għamiltu fil-pubbliku!
Għedtilna li qatt ma ltqajt ma’ Huawei, u komplejt għaddej bil-kampanja qarrieqa u moqżieża kontra l-MEP Daniel Attard.
Istħi jekk taf!
Ħarsu lejn il-logo wara Bernard Grech…
Għaliex mingħalik li miċ-ċkejkna Malta ma nasalx ikolli l-kuntatti fil-pajjiż kbir taċ-Ċina?
Użgur li int iltqajt ma’ tal-Huawei, anżi kont propju fil-qalba tat-teknoloġija ta’ Huawei, tant li saħansitra tawk souveniers li ġibt lura miegħek Malta.
Bernard Grech jippoża mat-tunnel tal-Huawei…
L-istess mina fejn ħadu r-ritratt…
L-istess garaxx mill-prodizzjoni
Mill-Facebook ta’ Beppe Galea, b’kumbinazzjoni l-istess garaxx!
Mingħalik ma nafux x’inhi AITO, u l-fabbrika li żort.
Ħallina pls Bernard, l-għasfur li jkellimni indikali u spjegali kollox.
Bilħaqq, Beppe Fenech Adami miegħel kien waqt iż-żjara għand AITO.
Is-soltu jkollu bokka kbira jippostja fuq fejn kien miegħek.
Jew xi mossa makkjaveljana tiegħek u daħħaltu fiha Bernard!
Kemm int ġenju sieħbi!
ARAW IL-VIDEO HAWNHEKK:
https://www.youtube.com/watch?v=WdBn2ZAeQK4