Ili ftit aktar minn ġimgħa ma nikteb fuq dan is-sit, bejn minħabba l-Ġimgħa Mqaddsa, il-mewt ta’ Papa Franġisku fejn ma ridx nħallat il-politika mas-solennita, kif ukoll minħabba d-dawl t’ għajnejja li kulma jgħaddi ż-żmien, qed tmur lura.
Illum hu l-mument li nirritorna, u nirritorna b’saħħa biex nikkumbatti u neżerċita akbar reżistenza kontra dik il-fazzjoni estrema u oxxena fi ħdan il-Partit Nazzjonalista. Dik il-fazzjoni li t]obb u tadura esklussibament lill-poter u qatt li Malta tagħna.
Illum, dik il-fazzjoni qed tifraħ u tapplawdi sentenza mogħtija mill-Qorti Ewropea kontra l-iskema taċ-Ċittadinaza b’Investiment, dik l-istess skema li l-fondi tagħha salvat mijiet ta’ eluf ta’ impjiegi fi żmien il-Covid, gġenet lilPuttinu, lill-Community Chest Fund, lill-Każini tal-Baned u tant affarijiet oħra ta’ fejda.
It-tandem kattiv Roberta Metsola u David Casa fil-Parlament Ewropew kisbu li riedu wara snin ta’ kampanja qalila kontra kollox li għamel Gvern Laburista, b’mod partikolari din l-iskema.
Kienu huma li kitbu l-petizzjoni u rewwħu b’kemm felħu biex il-Kummissjoni Ewropea tieħu azzjoni bil-Qorti Ewropea.
Baqgħu jinsistu saħansitra wara li l-Avukat Ġenerali tal-istess Unjoni Ewropea ta parir favur Malta, billi sostna li l-iskema hi għażla sovra ta’ Malta, madankollu l-Gvern Malti mexa u rranġa ħafna fl-iskema u mexa skont il-pariri tal-istess Avukat Ġenerali, u għamel minn din l-iskema l-aktar waħda trasparenti fid-dinja.
Iżda Casa u Metsoila ma ħamlux dan, u baqgħu sa ma baqgħu biex raw il-każ imur quddiem il-Qorti Ewropea u taqta’ sentenża kontra Malta.
Fuq il-mezzi soċjali tagħhom, Casa u Metsola qed jiċċelebraw din is-sentenza, u s-segwaċi tagħhom jikkummentaw b’ewforija.
Waqgħu fil-baxx estrem.
Illum li qed nara din l-assurdita, qed niddikjara minn issa li se nħarrax il-ġlieda tiegġu, ir-reżistenża tiegħi kontra din il-fazzjoni, kontra Casa, Metsola u nies ohra li jiffurmaw il-kukkanja estrema tal-PN, fosthom ukoll Karol Aquilina, ħuħ Robert, lil Jason Azzopardi, lil Manwel Delia u lil Beppe Fenech Adami.
Dan hu l-grupp estrem li ladarba ddikjara gwerra kontra Malta, se nkun gwerra sħiħa kontra tagħhom, u se naġdem biex nesponihom ta li huma: Tradituri ta’ Malta u tal-Matin. Żibel!