Mandat għall-arrest miċħud minkejja assessment ta’ ‘high risk’ f’każ serju ta’ vjolenża domestika, jpoġġi lil Robert Aquilina f’pożizzjoni kompromettenti ħafna, hekk kif kien hu stess li nsista bħala l-President ta’ Repubblika biex jirriżenjaw il-Ministru Byron Camileri u l-kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafa, wara li nħareġ ir-rapport tal-inkjesta dwar il-qtil ta’ Bernice Cassar.
Robert Aquilina bbenefika minn telefonata biex imur id-Depot flok ma kien immanettjat u mkaxkar id-Depot, wara li l-Maġistrat tal-Għassa Kevan Azzopardi ċaħad it-talba għall-ħruġ ta’ mandat għall-arrest ta’ Aquilina, minkejja l-assessment li sar fuq il-mara tiegħuj, poġġiha f’kategorija ta’ ‘high risk.’
U propju dan il-punt li jpoġġi kemm lill-Maġistrat, kif ukoll lil Robert Aquilina f’sitwazzjoni ambigwa, meta minn banda l-Maġistrat għandu japplika l-Liġi ugwali għall-kulħadd, u mill-banda l-oħra Aquilina, bħala l-paladin tar-Rule of Law insista għar-riżenja tal-Ministru Byron Camilleri u tal-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafa, għaliex kellhom jassumu r-responsabbilta għan-nuqqas ġust ta’ protezzjoni lill-vittmi ta’ vjolenża domestika, speċjalment meta jitqiesu f’riskju għoli.