Kif spiċċa wkoll Matthew Caruana Galizia!
Ma kontx nistenniha li Matthew, edukat u intelliġenti jispiċċa jaqa’ fil-livell baxx u jagħmilha ta’ spjun għall-psiko-terrorist Mark Camilleri.
Iva, spjun ta’ Mark Camilleri, dakil-karattru li jippretendiha li hu xi don t’Alla lid-dinja tal-letteratura u issa wkoll fil-0ġurnaliżmu, anki jekk il-ġurnaliżmu tiegħu hu tar-raċanċ, skorrett u diżonest.
Fis-siegħat li għaddew, Mark Camilleri kiteb fuq għamel agħa għax l-eks Prim Ministru Joseph Muscat kien qed jiekol f’ristotrant pubbliku ma’ xi nies oħra, u fuq mejda apparti u mhux konnessa mal-istess ikla ta’ Muscat kien hemm ukoll Jason Micallef u martu.
Mark Camilleri iħobb jikteb u jgħid fejn ikunu u ma min ikunu ċertu nies, iżda kienet rikka ħafna li naqas li jirrakkonalna min aktar kien hemm fl-istess ristorant biswit tieqa li tagħti għal fuq l-imwejjed fejn kienu Muscat u Micallef.
Għaliex l-uniċi żewġ min-nies oħra li kien hemm, kien Matthew Caruana Galizia u t-tfajla tiegħu, kif ikkonfermawli xhieda fil-post.
Naf li Mark Camilleri ilu jilgħaq lil Occupy Justice, lil Repubblika u lil Daphne Foundation għal skopijiet ta’ flus u kien għalhekk li f’dawn l-aħħar ġimgħat kien hemm xi battibekki bejn diriġenti ta’ dawn l-għaqdiet miegħu, iżda li Matthew Caruana Galizia jinżel daqsekk fil-baxx u jagħmilha ma’ Mark Camilleri hi ‘revealing’ ħafna, biex ngħidha kif inhi.
Ma nistax nifhem kif Matthew Caruana Galizia jasal jagħmel alleanżi ma’ fake-newsman, psiko terrorist u wieħed minn fost l-aktar persuni mhux affidabbli li tista ssib fil-pajjiż.
Prosit Matthew! with friends like these, what possibly could go wrong?