Mark Camilleri, il-psiko terrorist li qed jitlob lin-nies jinvestu miegħu biex itella s-somma ta’ €50,000, izda trid tħallsu €100 biex tara l-kontijiet tiegħu, għażel li jgħajjar lill-podcaster Ricky Caruana għall-party li tella’ nhar is-Sibt li għadda.
Għal Mark Camilleri, il-party kien ‘l-akbar ħamallata tas-sena’.
Għażiż Mark, kif tippretendi li n-nies jinvestu miegħek meta kulma tagħmel turi għira u tgħajjar lin-nies?
Nistaqsi kif taqbad u tfajjar statements bl-addoċċ u bla bażi, sempliċement biex tgħid ktibt xi ħaġa? Kif temmen li n-nies jeħduk bis-serjeta’ meta jaraw din l-imġieba?
Fuq kollox għalik x’inhi d-definiżżjoni ta’ ħamallu u ħamallata?
Nista’ nirreferik għall-video tiegħek stess ta’ ġimgħatejn ilu fejn biex titkellem, ġlief kliem ħażin m’għedx. Dak hu l-ħamallu, li mhux kapaċi jitkellem b’mod ċivili mingħajr ma jkun baxx, vulfari u profan.
Nipprova kemm nipprova nifhmek, nammetti li ili nħabbel rasi.
Fhimt biss iżda li għandek għira bażwija għal min jirnexxi. Dak għalija hu loser mill-kbar, għaliex minflok imidd idejh u jpoġġi rasu biex ifassal pjan starteġiku biex jilħaq fejn jixtieq, jinfexx minflok jgġajjarhom u jmaqdarhom.
Ma nistax nifhem kif int, li tgħid li int ġurnalist, u li għandhek news outlet online serju, tispiċċa taqa’ fil-baxx tant li tikteb biċċa fuq il-podcast party ta’ Ricky Caruana u tgħajjar ħamalli lil kull min attenda.
Għax kienu Laburisti?
Hawnhekk nasal biex ngħidlek li l-Laburisti qas kellhom x’jaqsmu din id-darba. iżda fl-artiklu tiegħek spikka bl-aktar mod ovvju, l-għira mnejjk li għandek għal Ricky Caruana għas-suċċess li kiseb bil-podcasts tiegħu.
Ricky – bil-kontra tiegħek – hu kredibbli, bilanċjat u fuq kollox ġentlom.#
Hu rispettat għaliex hu open, jirraġuna u m’għandux għira.
Dawn huma kollha preġji li t-tali Mark Camilleri m’għandux u jidher li m’hu se jitgħallem qatt milli jirranġa l-karattru mnejjek li għandu.
L-istess Mark Camilleri li għadu kif ħa kuntratt skandaluż ta’ €25,000 mingħand il-Kunsill tal-Arti, minflok ma jkun diċenti, sobrju u jitrrefletti d-dinja tal-arti suriet in-nies, issa li hu uffiċċjalment konsulent għal Albert Marshall, jinfexx f’dijatriba ta’ tgħajjir u turija ta’ għira.
Insomma, Mark Camilleri hu dak li hu: Ħamallu u għajjur!
Ikun aħjar li qabel ma jitkellem u jgħajjar lin-nies, jaqbad sapuna, ix-shampoo u jinħasel ħasla tajba bi pressjoni qawwija ta’ l-ilma. Wara jindokra ftit xahru u l-leħja, forsi jibda jinġabar u jkun stmat.