Mark Camilleri, dak li llum sar għandu lanżita kontra kollox li hu Labour u fuq kollox kontra l-Laburisti!
Dak l-istess Mark Camilleri li jgħajjar tant nies li qed jerdgħu pagi mill-Gvern, jew li għandhom il-‘cushy jobs‘!
Iżda issa nafu li dan Mark Camilleri – li llum irida bħala r-rigal t’Alla lill-poplu Malti bħala ‘outspooken critic’ tal-Prim Ministru Robert Abela u martu Lydia, kontra Joseph Muscat u tant nies oħra fil-gvern, fil-Partit Laburista u attivisti – mar jokrob u jibki mal-bieb tal-Gvern u tal-Prim Ministru Abela.
‘Tuni xi ħaġa!’, ‘agħtuni r-reklami!’
U Mark Camilleri kien akkomodat b’kuntratt ta’ €25,000 mill-Kunsill tal-Arti.
Iva smajtu sew!
Iva dak l-istess Mark Camilleri li wera kemm hu kattiv, b’pinna li tobgħod tant li kontra kull etika, qabad u ppubblika l-WhatsApp chats privati kollha bejn id-Deputata Laburista Rosianne Cutajar u Yorgen Fenech.
Għamilha b’kattiverja, u kien jaf li kien qed jippubblikahom minkejja ordni tal-Qorti biex ma jinħareġ xejn.
Imma nsomma, ara kemm jgħajjru lill-Laburisti b’impunita, dan Mark Camilleri għandu jitressaq il-Qorti almenu fuq dan il-ksur sfaċċat ta’ordni tal-Qorti.
Iżda mark Camilleri għandu benjamin ġdid, l-Avukat Jason Azzopardi, dak l-istess wieħed li gideb lill-mara tiegħu li kien sejjer l-Ingilterra biex jara lil xi żiju marid, u minflok mar l-Iżrael u qagħad fil-lukanda Hilton ta’ Tel Aviv, kollox mħallas mill-familja ta’ Yorgen Fenech, u meta nqabad ma’ min kien, qal li mar jorqos fuq il-qabar ta’ Kristu!.
#Jaf jagħżel lill=ħbieb onesti Mark Camileri.
Insomma, malli ħarġet l-aħbar dwar il-kuntratt ta’ €25,00, il-media soċjali kienet mixgħula bl-għadab tan-nies kontra Mark Camilleri, l-ipokrita li issa tneżża minn kull awtorita’ morali li jippretendi, li għandu.
U fejn irid Mark Camilleri kemm isir ‘touchy‘.
L-Assoċjazzjoni tal-Ipokriti: Roberta Metsola u Mark Camilleri!
Għax hu imbierek Alla jista’ jikkritika u jħammeġ lill-kulħadd, iżda Alla ħares tmiss lilu l-kritika!
Tgħidx kemm beka u ħolfoq għax mijiet ikkritikawh, qabad ma’ anżjan ta’ 70 sena, ekx għalliem tal-Ingliż li kitiblu żewġ kelmiet kif kien jistħoqqlu, u għamillu like Jeremy Camilleri.
Ħoll xagħrek u ġib iż-żejt! Ma felaħiex Mark Camilleri li ddeċieda li ‘jiddefendi l-onesta’ tiegħu u hedded b’libell lil dan l-anżjan.
Insomma, dan Mark camilleri kien, għadu jibqa’ ipokrita, u oxxen ukoll.
Ma jistħix!
Mark Camilleri, il-Laburisti kollha qed jistednuk biex minn issa ‘l quddiem, meta tkun trid xi ħaġa mingħand il-Gvern Laburista, ejja għidilna, u ngħaddu l-messaġġ aħna lill-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit.
Bilħaqq, nispera li minn dawk il-€25,000 xtrajt shampoo jew tqammilt b’taċ-ċavetta, jew qas taħsilha?