Mark Camilleri mhux biss ikkonferma li jaqra dan is-sit, iżda fuq kollox ibażwar dak li ktibt jien u joħroġ b’konklużjoni aktar imbażwra minnu nnifsu.
Camilleri ħass li kellu jweġibni fuq Facebook għall-post fejn staqsejt lill-ispjun tiegħu Matthew Caruana Galizia, kell kienx hu s-sors tal-cache taċ-chats Whatsapp privati ta’ Yorgen Fenech.
Fi kliem camilleri, ‘is-sors qatt ma jista’ jkun il-vittma li qed jidher il-Qorti’.
X’raġunar bażwi hu dan?
X’differenża tagħmel jekk Matthew Caruana Galizia hux il-vittma jew le>
Matthew Caruana Galizia hu ‘parte civile’ fil-każ dwar l-assassinju ta’ Ommu Daphne Caruana Galizia, u għandu aċċess, permeżż tal-Avukati tiegħu (Jason Azzopardi) għal kulma hemm fil-file tal-proċessi kollha.
Dan allura ma jistax jeskludi lil Matthew Caruana Galizia bħala s-sors.
Mark Camilleri intant, nhar il-Ħadd li għadda f’video li għamel fuq Facebook qal li mhux veru li Jason Azzopardi hu s-sors tac-chats żvelati minnu kontra l-ordni tal-Qorti.
Camilleri qal li akkwista l-cache kollu mis-‘sors prinċipali’.
Jekk niġu f’dan, is-sors prinċipali jiġi Yorgen Fenech innifsu, li żgur mhux se jkun hu li għaddiehomlu.
Iżda s-sors prinċipali allura bilfors jiġi ‘l-vittma’ kif isejjaħġlu Mark Camilleri.
Għalhekk jien żgur mhux ‘it-tronġa t’Alla’ kif iddeskrivieni Camilleri, iżda pjuttost hu li joħroġ bħala t-tronġa tal-univers minn din il-biċċa.
U bilħaqq, Mark Camilleri għanu jkun mgħarraf li jien naf li xi ħadd waqqaf lill-Pulizija milli jarrestawh u jressquh il-Qorti fuq dispreżż meta ppubblika c-Chats!
Fuq din se niżvela kollox f’posts li jmissu. Għax oxxena daqs il-kuntratt li ħa mingħand il-Kunsill tal-Arti.
Kulma gandu jagħmel Mark Camilleri hu li jisfidani.