Il-Psiko-terrorist Mark Camilleri dalgħodu ħareġ jittanta lili u lil sieħbi Neville Gafa għaliex qed ninsistu għar-revoka tal-kuntratt ogħti lilu mill-Kunsill tal-Arti.
Camilleri, li sar magħruf għall-metodi krudili tiegħu biex ikisser lill-Laburisti, ħareġ jisfidana u jallega li jien u Neville ħloqna xi fazzjoni fil-Partit Laburista li rridu xiżma minħabba fih. Jixtieq!
Mark Camileri jixtieq il-kaos fil-Partit Laburista, iżda għal grażżja t’Alla, il-Partit Laburista hu partit magħqud u hu miftuħ għall-kritika nterna, u bid-diskussjoni jsolvi l-kwistjonijiet li jinqalgħu.
Kemm jien, kif ukoll sieħbi Neville Gafa nitkellmu ta’ kuljum u spiss ħafna kemm mat-tmexxija kif ukoll mal-amministrazzjoni tal-Partit, u m’għandna assolutament xejn personali kontra ħadd.
Il-komunikazzjoni tagħna ssir fi spirtu ta’ djalogu u kollaborazzjoni, b’impenn u lealta’ sħiħa lejn il-Mexxej Robert Abela.
Li qed jagħmel issa Mark Camilleri hu li qed juża l-kuntratt li akkwista mingħand il-Kunsill tal-Arti biex jinki, partikolarment issa li jaf li ħoloq ir-rabja fost il-partitarji.
Mark camilleri, bil-baggage kollu tiegħu u bi ‘trail’ twil ta’ irregolaritajiet li qed iwettaq biex jasdal għall-għanijiet tiegħu qed jilgħab man-nar.
Cmilleri jaf li sal-lum kellu lil min jipproteġih fuq diversi kwistjonijiet personali tiegħu, u jaf li jekk se jkompli jġebbed il-lastiku se jaqsmu u se jweġġa bil-kbir.
Hemm limitu sa fejn jista jipprova jittanta Mark Camilleri. Hemm limitu sa kemm jista jibqa’ jirrikatta jew jipprova jwettaq bullying jew jitterroriżża lin-nies biex jilħaq l-iskopijiet tiegħu.
Fuq rasu hemm pendenti multa qalila ta’ €200,000 mill-Kummissarju għad-Data li dalwaqt se tkun konkluża l-appell dwarha wara l-ħtija ta’ ksur sfaċċat ta’ privacy bil-pubblikazzjoni taċ-chats whatsapp ta’ Yorgen Fenech, kif ukoll ordni tal-Qorti biex il-Pulizija tmexxi kontrih fuq disprezz talli ppubblika dawn ic-chats minkejja divjet.
Mark camilleri qed jisfida kollox, u fl-aħħar se jinħaraq!Ċ U jkun ġabha b’idejh stess.