F’nofs dilirju ta’ messaġġ bil-video, Mark Camilleri jiżvela kif ħaddem ittri legali lill-Ministeri u entitajiet tal-Gvern bħala l-arma tar-rikatt biex jieħu l-kuntratti
Il-psiko terrorist Mark Camilleri wassal messaġġ video l-bieraħ filgħaxija, fejn kixef mhux biss il-megalomanija tiegħu, iżda wkoll l-ossessjoni li għandu għal Saviour Balzan, l-ambizzjoni sfrenata li jibni media house daqs jew akbar minn ta’ Balzan, u li jieħu l-miljuni mingħand il-Gvern, għax dak – skont Camilleri – ‘hu dritt tiegħi’.
Għax ħa l-flus Saviour Balzan f’kuntratti mal-Gvern, Mark Camilleri jridhom ukoll, u malajr kemm jista’ jkun!
Iżda l-messaġġ video li ħareġ il-bieraħ Mark Camilleri ma kienx ntiż li jispiċċa f’dadigħa kontra Saviour Balzan, iżda kienet mossa minn naħa tal-istess Camilleri biex irażżan ftit mill-baraxx ta’ kritika mhux biss minn-naħa tiegħi u ta’ sħabi, iżda fuq kollox minn dawk li jsegwu lilu, li jiffinażjawh, u li bdew joqomsu meta raw l-ipokreżija tiegħu li jaċċetta kuntratt mal-istess Gvern li jobgħod daqstant.
Mark Camilleri fil-video tal-bieraħ
Mark Camilleri hu taħt pressjoni, mhemmx dubju. Inkluż mill-NGOs li jappoġġja bħal Repubblika u Occupy Justice, u l-aktar ninn Caroline Muscat ta’ The Shift News li sabtitlu l-bieb f’wiċċu, u ma tridx ikollha x’taqsam aktra miegħu.
L-affarijiet bejn Camilleri u Muscat kienu diġa fi kriżi, iżda din tal-kuntratt kienet id-daqqa’ tal-mewt għal kollaborazzjoni li qatt ma rnexxiet minħabba l-fissazzjoni finanżjarja tat-tnejn li huma.
Għal The Shift News, Mark Camilleri biegħ ruħu għax aċċetta l-kuntratt, filwaqt li Repubblika issa ramaw ix-xugaman minn miegħu għaliex ‘Camilleri mhux affidabbli’.
Allura l-miżura ta’ emerġenża ta’ Camilleri l-bieraħ: Video bid-dagħa u kliem ħażin, attakk fuq Saviour Balzan u jitnejjek bl-istess Gvern li qed jagħtih jiekol.
Dwar il-kuntratt ta’ €25,000 mal-Kunsill tal-Arti, Camilleri qal li minnhom se jara xejn, għaliex għandu ħafna spejjeż. Qal li għandu tlett impjegati, u għandu €3,000 spejjeż fix-xahar, li jikxef kemm fil-fatt ma jħallasx pagi.
Iżda ċ-ċirasa fuq il-kejk tiġi moħbija f’nofs il-video ta’ Mark Camileri, li donnha marret inosservata, iżda fiha sinifikat enormi.
Mark Camilleri ammetta li bagħat ittri legali lil kull Ministeru u entita tal-Gvern, jheddidhom b’kawżi jekk ma jagħtuħx finanżjament jew kuntratti.
Fi ftit kliem Mark Camilleri, ikkonferma li hu mhux awtur, ġurnalist jew artist. Iżda hu rikattatur u qed jieħu mingħand il-Gvern permeżż tar-rikatti kontra Ministri u uffiċċjali tal-Gvern.
Il-Kunsill tal-Arti kien l-ewwel li nkixef b’kuntratt lil Mark Camilleri, se nkomplu nfittxu x’aktar ħa jew qed jieħu Mark Camilleri, li llum qed jilgħabha tal-vittma, wara l-ħsara u l-uġigħ li kkawża lil tant u tant sħabna Laburisti.
Aktar stejjer dwar Mark Camilleri ġejjin…