Il-psiko terrorist Mark Camilleri kompla bil-ġurnaliżmu tar-raċanċ, billi qabad u fajjar akkuża serja u bl-addoċċ fil-konfront tal-MEP Daniel Attard, meta lanqas il-Pulizija Belġjana m’hi qed tgħid hekk.
Forsi għal Mark Camilleri tiġi naturali li jaqbad u jakkuża lin-nies bl-addoċċ, iżda li tagħmilha fatta u titfa’ akkuża serja fuq persuna metalanqas l-awtoritajiet ma jkunu qed jakkużawk biha, hi serja, inaċettabbli u turi l-livell baxx ta’ ġurnaliżmu li jħaddan.
F’post li tefa’ dalgħodu, Mark Camilleri rrefera għall-investigazzjoni tal-Pulizija Belġjana, u qal li ‘Daniel Attard kien ikompli jieħu l-flus (bribes) mingħand il-Huawei’.
Is-silta oxxena ta’ Mark Camilleri fuq Daniel Attard li tirefletti l-ġurnaliżmu tar-raċanċ li jħaddan.
Fl-ebda ċirkostanża u fl-ebda evidenża u fl-ebda dikjarazzjoni, l-Pulizija Belġjana qatt semmiet tixħim, flus jew pjaċiri.
Il-każ idur jikkonċerna lobbying, li s’issa ma rriżulta xejn għajr laqgħa rreġistrata regolarment ma’ rappreżentant tal-kumpannija multi-nazzjonali Ċiniża.
Mark Camilleri pprova biss iħammeġ u jkisser għalxejn ir-reputazzjoni ta’ MEP promettenti.
Dak hu l-livell baxx ta’ ġurnaliżmu li jħaddan Mark Camilleri u jridek tiffinanżjah!