Il-psiko-terrorist taparsi ġurnalist b’lanżita daqs Airbus kontra l-Laburisti kollha, għandu bżonn €50,000!
Mark Camilleri li jmexxi l-pubblikazzjoni online The Maltese Herald iddikjara li għandu bżonn €50,000 biex ikun jista’ jimpjega ġurnalist ieħor (għax bħalissa qed iseftirlu Gerald Fenech tal-€5) biex ikun jista’ jirrapporta mill-Qorti.
Żied ukoll li għandu bżonn il-flus għal spejjeż ta’ kawżi quddiem il-Qrati.
Fi kliem sempliċi, Mark Camilleri qed jappella biex jiġbor €50,000 biex ikun jista jkompli jivvomta fuq il-Gvern ta’ Robert Abela, kontra Joseph Muscat u kontra l-Ministri u l-esponenti tal-Partit Laburista.
Camilleri li jikteb b’kattiverja u ħdura bla qies kontra l-Laburisti, qed jgħid qed isejjaħ it-talba għal €50,000 bħala ‘finanżjament pubbliku’ u qed jaċċetta offerti li b’minimu ta’ €1,000
Iżda b’alleċ! Mark Camilleri, li dan l-aħħar ħarġet fil-beraħ li beda jgawdi minn kuntratt ta’ €25,000 mal-Kunsill tal-Arti li hi mmexxija minn Albert Marshall, u saħansitra ħa €10,000 bil-quddiem, għandu l-wiċċ li jgħidlek li jekk int interessat tara l-finanżi tiegħu biex tkun tista tafdah bil-kontribuzzjoni teigħek, trid tħallas €100!!!
NOTA MILL-EDITUR:
Mark infakkrek li kif issa għandek bżonn dawn il-€50,000 kun serju u ppubblika l-ismijiet tad-donaturi ha nkunu trasparenti. Infakkrek ukoll li meta terħa tħabbat il-bieb tal-Gvern li int tant tobgħod u lil min imexxih, ara li tiġi s’għandi, jew għand Neville Gafa u niżguraw li se nwasslulek il-messaġġ fejn għandu jasal.
Sadanittant, qed naħdmu biex niżvelaw ukoll finażjament ieħor ta’ madwar €70,000 li rnexxielek takkwista bl-intervent ta’ nies li int karrabtilhom tant, u saħansitra tawk reklami tal-Expo taċ-Ċivil.
Mark Camilleri, lesti ruħek, għaliex il-mibgħieda li żrajt issa se jagħtik lura frott qares ħafna!
U nassigurak li m’inix qed niċċajta!