Meta bniedem jasal jgħirek pubblikament ‘iddeġenerat’ u ‘marid mentalment’ x’taqbad tirrispondih?
It-tentazzjoni tiegħi hi kbira, u kbira ħafna biex intih it-titlu, jew laqam li jixraqlu. Iżda mhux se naqa’ fil-livell baxx u ta’ mibgħieda tiegħu. Inkun mhux biss qed inpaxxih, iżda nkun qed naqa’ fin-nassa tal-provokazzjoni tiegħu biex iniżżilni għall-livelli tiegħu.
Madankollu, li nixtieq ngħid hu li tul ħajti dejjem evitajt nies bħal Mark Camilleri, għaliex Alla hu kbir, jaħfer, iżda jħallsek lura bl-istess munita.
Wasal biex jgħajjar lilkom li ssegwu kitbieti bħala ‘idjoti’ u ‘mhux kapaċi taħsbu b’moħħkom’.
Nassigura lil Mark Camilleri li m’għandix bżonn pariri, ġudizzju jew leżżjonijiet mingħandu, speċjalment dwar il-karriera ġurnalistika tiegħi, jew l-opinjonijiet politiċi lokali jew dwar ir-realtajiet ġeopolitiċi attwali.
Infakkar lil Mark Camilleri, li kont, għadni u nibqa’ viċin ħafna aġenżiji tal-aħbarijiet, fosthom Al Jazeera English, Bloomberg News u ANSA.
Camilleri jixtieq li jkollu CV hekk, iżda fil-ħajja kif dejjem emmint, ma tgħinx lil min hu għajjur, mimli mibgħieda u b’lanżita persdonali kontra kollox, kulħadd u kontra d-dinja kollha.