Minn mindu beda jifhem fin-nisa, f’uliedhom, fit-trobbija u l-ħajja ta’ ommijiet fil-politika Mark Camilleri?
Il-kelliem ta’ Jason Azzopardi pprova jdaħħaq b’post speċifikament ntiż li jattakka lid-Deputata Laburista Rosianne Cutajar, billi rikeb fuq titlu ta’ storja – u meħuda barra mill-kuntest tagħha – ta’ x’qalet Rosianne Cutajar dwar is-safar u r-responsabbiltajiet tagħha bħala mara fil-politika u bħala omm.
X’ħaseb Mark Camilleri?
Li biex tagħmel l-affarijiet tagħha, ommu kienet tħallih ġo qoffa fuq l-għatba tal-ġirien?
Naħseb li Mark Camilleri fehem x’irrid ngħid.
Mark għażel li jerġa jitkessaħ ma’ Rosianne Cutajar – f’isem Jason Azzopardi – minħabba l-konnessjoni tagħha fil-passat ma’ Yorgen Fenech!
Dik kienet l-aġenda. Xejn aktar u xejn iżjed!
Kif ngħid jien: Fajjar! Fajjar! għax dak jismu Yorgen Fenech!
And so what Mark? Int ma kellekx relazzjoni mat-tfajliet?, sa waħda minnhom spiċċajt bil-Pulizija u l-kantalieni kollha magħrufa?
F’ġieħ il-paċenżja Mark, jien ma nafekx, u qas irrid inkun nafek. Imma jekk tiftaħar tant li l-paġna tiegħek qed tkun ikkwotata minn ‘aġenżiji barranin’ wow, taf timpressjonahom bil-kitba tiegħek.
Bħala raġel, int għażilt li tibla’ li jbellalek Jason Azzopardi u esponik biex dalwaqt iħabbtulek il-bieb il-Pulizija b’mandat għall-arrest fuq dispreżż lejn il-Qorti billi bl-aktar mod salvaġġ ippubblikajt għadd ta’ chats privati ta’ Rosianne Cutajar, indħalt f’affarijiet privati u personali, u dan kollu għaliex Rosianne Cutajar kienet mara, ħsibt li kont se timsaħ l-art biha.
Allaħares niftħu l-mobile tiegħek u naqraw ic-chats tiegħek, għax tgidx kemm toqmos, u forsi kemm aħna nitkażaw.
Imma lura għas-serjeta!
Minn fuq li tfaħħar l-imepnn tan-nisa minn kull sezżzjoni tal-politika li jaħdmu biex jagħtu servizz u fl-istess ħin huma ommijiet li jindukraw lil uliedhom, le int tipprova twaqqagħhom għaċ-ċajt u tipprova tgħawweġ, totalment out of context l-argument.
U din id-darba l-aġenda kienet ċara, għax dik l-omm jisimha Rosianne Cutajar!
Ovvja li mara fil-politika tagħmel minn kollox biex twettaq ix-xogħol tagħha, iżda sakemm hemm l-ulied u l-indukrar tagħhom, speċjalment meta jkunu għadhom żgħar, użgur li ma jsiefrux fuq xogħol. X’tippretendi?
U sewwa jagħmlu dawk in-nisa li jgħiduha, għaliex ma jkunux onesti mal-elettorat!
Għax hekk għandu jkun. Dik tfisser responsabbilta’. għarfien ta’ prioritajiet.
Kemm għad-drid titgħallem tirrispetta lin-nisa.
Issa attakkani ta.
Inkun naf li l-messaġġ wasal. Drajtek u drawk in-nies. Predictable ħafna!
Paxxini biss…