Mamma mia Bernard Grech!
Ma kienitx ħasla li kellu jaqla fid-Dar Ċentrali l-ġimgħa li għaddiet wara li waqa’ għan-nejk mal-pajjiż kollu dwar kif tkellem fuq il-proġett ta’ Manoel Island. Bernard Grech dalgħodu dar dawra żugraga, injora li qal ġimgħa ilu, u issa qed jgħid li Manoel Island għandu jsirbpark nazzjonali.
B’hekk issa, uffiċċjalment kisser konċessjoni li daħal għalih Eddie Fenech Adami bħala Prim Ministru fis-sena 2000.
Il-ġimgħa li għaddiet Bernard Grech iddeskriva l-petizzjoni ta’ 29,000 persuna biex Manoel Island ma jkunx żviluppat mill-konsorżju Midi, u minflok ikun trasformat f’park nazzjonali bħala ‘ħolma sabiħa’.
Qal li ‘kuntratt hu kuntratt’ u ma jistax jinbidel, għajr li l-Gvern ikun viġilanti li l-obbligi jkunu rispettati mill-konċessjonarji.
Imbgħad, meta mistoqsi dwar x’jagħmel il-PN jekk il-petiżżjoni tasal quddiem il-Parlament, Heqq hemmhekk fejn Grech waqa’ għan-nejk bil-kbir.
Wieġeb: ‘għad irridu naqraw il-petiżżjoni’.
B’nofs il-Grupp Parlamentari tiegħu favur li Manoel Island isir park nazzjonali, fid-Dar Ċentrali kielulu wiċċu u qam pandemonju sħiħ.
Issa, dalgħodu Bernard Grech għamel dak li ordnawlu. Biddel kollox u dawwar kollox.
Għamel video fejn qed jgħid li Manoel Island għanfdu jsir park nazzjonali.
Tant kienet kutrumbajsa, li saħansitra Net News fissru d-dikjarazzjoni bħala ‘Breaking News’.
L-iżball ta’ Net News kien li fil-headline tagħhom użaw il-frażi, ‘Bernard Grech jinsisti…’
Qatt ma nsista fuq xejn, anżi dawwar, bażwar, għawweġ u għamel kutrumbajsa. U jekk ġimgħa ilu waqa’ għan-nejk, illum tela fuq il-podju għal-midalja tad-deheb.