Petizzjoni li ġabret il-firem sew biex il-proġett tal-Midi jitneħħa minn idejn il-konsorżju u minflok isir park pubbliku!
Mhux hekk tgħid? u l-penali għall-ksur tal-kuntratt pubbliku min se jiblagħhom? Mhux aħna lkoll?
Naffaxxina ruħi nara kif ftehim milħuq minn żmien il-PN fil-gvern, u l-problemi tiegħu jibilgħu Gvern immexxi mill-Partit Laburista!
Għax ma jinbnewx 19-il torri b’neon signs kbar bit-Torċa Laburista fuqhom?
Issa li l-PN għamel il-froġa bid-difetti kollha fil-kuntratt, u dak iż-żmien ma qomos ħadd mill-NGO’s, ha nkun provokattiv u eżaġerat, għax ma jinbnewx 19-il torri b’neon signs kbar bit-Torċa Laburista fuqhom?
Għax rikka li kulħadd jitfa’ fuq il-Prim Ministru Robert Abela, problema maħluqa mill-PN u l-bikkejja tal-lum ma nstemgħu qatt dakinhar li ħabbru l-proġett bil-pompa n-Nazzjonalisti.