Hekk kif l-amminsitrazzjoni l-ġdida Amerikana mmexxija mill-President Donald Trump ħabbret li kienet qed tagħlaq il-vit tal-għajnuna finażjarja lill-organiżazzjonijiet barranin, fosthom Refupbblika f’Malta, dawn tal-aħħar bdew iduru fuq ‘ħbieb’ fl-ambaxxati barranin f’pajjiżna għall-għijnuna.
L-għajnuna permezz ta’ fondi mill-Istati Uniti kienet ilha għaddejja minn żmien l-ammistrazzjoni tal-President Biden, sakemm f’Jannar li għadda l-President il-ġdid Trump iddeċieda li jwaqqaf kull għajnuna finanżjarja ta’ pajjiżu lejn organiżazzjonijiet barra mill-Istati Uniti.
Nifhmu, li mill-anqas żewġ ambaxxati akkreditati għal Malta bħalissa qed jgħinu finanżjarjament lil Repubblika, filwaqt li hemm żewġ organiżazzjonijiet mhux governattivi Iżraeljani li minn barra qed jibgħatu flus lejn il-kontijiet ta’ Repubblika.
Nifhmu wkoll li xi flejjes qed jitqassmu wkoll minn Repubblika lejn organizazzjonijiet satelliti tagħhom f’Malta, fosthom ukoll xi blogs u websites ta’ nies viċin il-kawża tagħhom.
L-ammonti li qed jirċievu huma biżżejjed biex iżommu l-kampanji tagħhom għaddejjin, fosthom l-ispejjeż għal kawżi kontra l-Gvern, u spejjeż oħrajn ta’ stampar ta’ banners u serviżżi awdjo-viżwali.