Għażiża Sinjura Mandy Mallia, mhux se nerġa nwieġbek għat-tgħajjir ta’ injoranti lill-ħuti l-Laburisti, kif għamilt fil-post tiegħek għax inqalbu r-ritratti t’oħtok il-mibkija Daphne Caruana Galizia minn fuq il-Monument tal-Assedju.
Din id-darba se nkellmek fuq l-argument ta’ sens ta’ entitlement li donnok għandek fuq Monument Nazzjonali – Jiġifieri Monument tal-poplu Malti u Għawdxi.
Dan iwassalni biex nerġa naqbad mas-sentenza biżżarra maħruġa mill-mħallef rtirat Joseph Zammit McKeon – illum Ombudsman – li kien iddikjara li l-esposizzjoni ta’ ritratti, fjuri u xemgħatr għal Daphne mal-Monument tal-Assedju, hi ‘liberta’ tal-espressjoni’.
Jekk ħadtha daqshekk bi kbira u saħansitra nfexxejt tgħajjar lill-Laburisti u lill-poplu Malti u Għawdxi ‘injoranti’ sempliċiment għax laqtuhom it-tfal waqt il-Karnival, allura xi jmissna nagħmlu jien u sieħbi Neville Gafa li taqbdu u tarmulna l-placards tagħna?
Jekk il-Qorti ddikjarat li jistgħu jitpoġġew l-affarijiet mal-Monument għaliex hi l-‘liberta’ tal-espressjoni’ , għaliex int u sħabek tarmulna l-placards tagħna?
Mela l-liberta’ tal-espressjoni hi xi ħaġa esklussiva għalikom u l-monument ġie kkapparat minnkom?
Jien u sieħbi Neville se nkomplu npoġġu l-placards tagħhna, u se nżidu ta’ dan is-sit www.rezistenza.org bi stejjer li ppubblikajt fuq nies bħall-eks Ministru Tonio Borg,m li kien grazzi għall-għażż tiegħu li l-bojja ta’ Daphne spiċċaw tħallew barra jiġru mas-saqajn għaliex ħo;oq l-anomalija kostituzzjonali bin-nuqqas ta’assistenza legali lil suspettati waqt l-interrogazzjoni.
Bir-rispett kollu Sinjura Mallia, l-argumenti tiegħek, mżewqa b’tgħajjir insensat la jahgħmlu ġieħ u lanqas ġustizzja ma’ Daphne, anzi trewwah riħ qawwi ta’ vendetta u mibghieda li konna mdorrija naqraw sal-2017.
Il-Monument tal-Assedju l-Kbir hu Monument Nazzjonali, u mhux ċimiterju.
Jekk tpoġġu inthom, inpoġġi jien.
Jekk tneħħu inthom, inneħħi jien, u jitnaddaf darba għal dejjem u l-Monument jingħata d-dehen li jixraqlu.