Il-Partit Nazzjonalista se jitlob għal-Inkjesta Pubblika fuq l-għoti skandaluż ta’ permess fi żmien GonziPN għall-iżvilupp ta’ supermarket f’Ħal-Luqa, u li tela’ f’żona perikolża ħafna fejn jinżlu l-ajruplani?
Il-każ jidħol id f’id mal-istess responsabbiltajiet li bihom il-PN espona lill-iIstat fuq il-mewta traġika tal-mibki Jean Paul Sofia.
Dan għaliex l-għoti skandaluż tal-permess bil-kundizzjoni ‘esklussiva’ li titpoġġa tabella biex teżonera lill-Palnning Authority mir-responsabbilta’ ta’ xi inċident, jitfa’ responsabbilta’ kbira fuq min kien il-Ministru responsabbli dak iż-żmien, iż-żChairman u l-Board tal-Awtorita, kif ukoll fuq min applika u akkwista l-permess.
Bil-Liġijiet mħarrxa fuq is-Saħħa u s-Sigurta’, dan is-supermarket teknikament ma jistax jibqa jeżisti, u fl-istess ħin juri l-irresponsabbilta’ ta’ Gvern immexxi mill-PN qabel l-2013, li ġie jaqa u jqum mis-sigurta’ tal-pubbliku.
Jekk għall-PN l-Inkjesta Pubblika kienet kundanna għall-Gvern Laburista fuq ħarsien tas-saħħa pubblika u ta’ Jean Paul Sofia, x’se jagħmel l-istess PN fl-eventwalita ta’ traġedja fiż-żona għaliex ingħata permess skandaluż u korrott biex tela’ supermarket fil-landing path tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta?#