Bil-kavallerija kollha tal-Partit Nazzjonalista għaddejja b’kampanja qalila biex issalva lill-Kunsill ta’ Ħal-Għargħur milli jableb Laburista, partitarji Nazzjonalisti huma urtati għall-mod ipokrita li bih qed jirraġunaw biex jiġġustifikaw li l-Kunsill għandu jibqa’ tal-PN.
Beppe Fenech Adami qed imexxi din il-kampanja u jinstiga lil Bernard Grech u lil Charles Bonello biex ma jibqgħux ċassi u ma jċedux għall-możżjoni ta’ sfiduċja fis-Sindku Helen Gauci, mressqa mill-Kunsilliera Laburisti u minn Francesca Attard, li qalbet indiupendenti minn Viċi Sindku Nazzjonalista.
Fenech Adami bl-ebda mod ma jrid jaċċetta li jgħix f’Ħal-Għargħur b’Kunsill mmexxi mill-Partit Laburista.
Beppe Fenech Adami
Jaf li kif jittieħed il-vot, Gauci se titlifha għaliex in-numru huma kontriha, u b’hekk il-maġġoranża taqleb favur il-Partit Laburista.
Matul is-siegħat li għaddew Beppe Fenech Adami ggwida lill-PN lejn kampanja ntiża li tispjega kif fl-elezzjonijiet ta’ Ġunju li għadda, il-PN kiseb il-maġġoranża tal-voti f’Ħal-Għargħur, u ppubblika chart fuq facebook u qassam flyers fid-djar madwar il-lokalita’ biex mingħalih iħeġġeġ lir-residenti biex jipproteġu lis-Sindku Helen Gauci.
FUQ: Il-flyers li qed jitqassmu fid-djar tan-nies f’Ħal-Għargħur u (taħt) l-posts ta’ Beppe Fenech Adami fuq il-paġna Facebook tiegħu.
Iżda għadd ta’partitarji Nazzjonalisti fil-lokalita’ li huma urtati għall-istess Sindku tagħhom, li fil-konfront tagħha hemm allegazzjonijiet serji dwar irregolaritajiet finanżjarji u li ħadet deċiżjonijiet bla ma ħadd kien ikkonsultat, lanqas il-Kunsilliera. qed iqisuha rikka ħafna li jitkellmu fuq rispett tal-għażla tal-maġġoranża meta hu )Fenech Adami) kien il-perċimes li ħadem kontra Adrian delia bħala Kap meta l-maġġoranża tat-tesserati eleġewh demokratikament biex imexxi l-Partit.
Il-flyer riprodott biex ifakkar lil Beppe Fenech Adami x’għamel hu biex tajjar lil Adrian Delia minn Kap tal-PN
B’Beppe jew le, il-ġimgħa d-dieħla l-Kunsill Lokali ta’ Ħal-Għargħur se jkollu Sindku Laburista!