Ippermettuli niżvoga ftit dalgħodu ta!
Mela araw il-ħeffa straordinarja li jaħdmu biha tal-FIAU u ‘ċerti istituzzjonijiet meta jridu – għax kontra l-Labour – iżda jitgħażżnu meta ffaċċjati bl-oxxenitajiet tal-PN.
Wara l-ħruġ ta’ ordnijiet għall-iffriżar tal-assi kontra Joseph Muscat, Chris Fearne, Edward Scicluna, Keith Schemebri, Silvio Grixti, Konrad Mizzi, Segretyarji Permanenti, għadd ta’ nies u kumpanniji, dalgħodu naqraw il-ħruġ ta’ ordni għall-iffriżar tal-assi temporanja fil-konfront tal-eks Ministru Clayton Bartolo u martu Amanda Muscat.
Nistgħaġeb fuq li nistgħaġeb nara din il-ħeffa, meta quddiem għajnejna nkomplu nassistu għal dak li nsejjaħ bħala ‘persekuzzjoni sistematika’ kontra l-Labour u n-nies tiegħu.
Fejn hi l-FIAU, il-Pulizija, l-Avukat Ġenerali u istituzzjonijiet oħra fil-każi oxxeni mwettqa mill-Kap attwali Bernard Grech fil-ħlas mirakoluż tal-kont tat-taxxa tiegħu?
Fejn huma dawn fil-konfront ta’ Joe Saliba? Austin Gatt u Lawrence Gonzi, meta taħt it-tmexxija tagħhom tal-PN kienu misappropjati l-flus tal-kontribuzzjonijiet tal-ħaddiema tagħhom stess?
Fejn huma dawn meta quddiem għajnejhom ‘sparixxew’ mat- €42 miljun u għadhom b’erba’ snin b’lura milli jippubblikaw ir-rendikonti finanzjarji tagħhom?
Jekk dawn l-ordinijiet għall-iffriżar tal-assi kontra esponenti tal-Labour jinħarġu b’tant ħeffa, x’qed iżomm nlill-FIAU, lill-Pulizija, lill-Avukat Ġenerali u istituzzjonijiet oħra milli jordnawhom fuq tal-PN?
Minn hawn il-quddiem, se tibda l-kampanja għalkl-kontabbilta’ ta’ dawn l-istituzzjonijiet. Spiċċa ż-żmien tal-ingwantiu tal-belluż mal-PN.
Dan il-manuvrar grottesk tal-establishment tal-PN, li jwettaq persekuzzjoni bl-istituzzjonijiet kontra l-Labour irid jieqaf.
Hu fatt magħruf illum – aktar minn qatt qabel – li l-FIAU u l-FCID saru bejtiet tal-PN. U dan jista’ jixħdu Jason Azzopardi bis-saħħa tal-leakages kontinwi li jippubblika, u saħansitra jirrikatta bihom.
Minn hawn il-quddiem, tal-PN se jkollu jiffaċċja r-realta’ tiegħu stess – u nfakkar li hemm investigazzjoni li nfetħet mill-FCID mmexxija mill-Ispettur Andy Rotin.
Mhux se naċċetta li l-Pulizija torqod fuq dawn l-investigazzjonijiet, u fejn hu meħtieġ li n-nies tal-PN jittellgħu l-Qorti, se naħdem b’saħħti kollha biex dan isir.
Naraw imbgħad min jiddandan bl-impunita’
Ir-reżistenza teħduhiex for granted. Is-saħħa tal-pinna – bħal ta’ Daphne Caruana Galizia – taf tasal ukoll bħal boomerang dalwaqt għall-PN!
Xebbajtuna issa!