(RITRATT: Korteżija OneNews.com.mt)
Kif jista’ jkun? Kollha? Possibbli?
Harbinson, Sittlington, Coles, Churchill? kollha b’kumbinazzjoni qed jaghmlu l-istess?
Għaliex eżatt kif bagħtu r-rapporti tagħhom lill-Maġistrata Gabriella Vella, kollha bdew ixolju l-kumpanniji tagħhom?
Tħallsu l-miljuni bejniethom u f’daqqa’ waħda kollha qed iżarmaw u jxolju l-kumpanniji riepettivi tagħhom?
X’inhu jiġri? Minn xhiex qed jibzghu?
Nemmen li:
Wieħed jista’ jkun kumbinazzjoni.
Tnejn? kumbinazzjoni akbar!
Tlieta: jibdew iqajjmu suspetti serji.
Erbgha? Allura hemm pattern. Issa hemm iċ-ċertezza li ħadd ma jista jinjora aktar!
Il-bieraħ f’The Sunday Times, Manwel Delia esprima t-tħassib ta’ Repubblika għall-eventwalita’ li jikkollassa l-każ kollu li bnew kontra Joseph Muscat u għadd ta’ nies oħra.
Fl-artiklu, Delia ma jsemmi xejn dwar l-iskandli kbar fuq kif inbniet l-inkjesta kollha li, bl-espert prinċipali Jeremy Harbinson jirrifjuta li jixhed u jissostanzja r-rapport multi-miljunarju tiegħu.
Delia baqa’ ma semma’ assolutament xejn fuq l-għażla ta’ esperti dilettanti u bla warrants, kumpanniji mħollija u invoices mħallsa doppjament.
Insomma Delia għażel li jitfa’ b’saħħa l-influwenza tiegħu fuq il-Qrati u fuq l-Avukat Ġenerali, bħallikieku dawn jinjoraw l-oxxenitajiet u t-taħwid li – fil-verita’ – ħolqu huma stess.
Delia jrid li sempliċiment il-Qrati u l-Avukat Ġenerali jżommu lil Joseph Muscat u l-ko akkużati l-oħra fuq il-bankijiet tal0-akkużati, irrispettivament mit-tgħaffiġ fis-suppost evidenza li tibqa’ mhux issostanzjata jew vverifikata bl-aktar mod trasparenti.
Il-kumpaniji ta’ Harbinson, Sittlington u Coles kienu fost il-firmatarji tar-rapport finali fl-inkjesta tal-isptarijiet u x-xoljiment tagħhom jista’ faċilment jiġi interpretat li sar biex jiġu eliminati t-traċċi tagħhom biex ħadd ma jkun jista’ jfittixhom.
Minbarra dan, ONE News dalgħodu qed jiżvela kif żewġ kumpaniji oħrajn involuti – Anthea Insights Limited u AH Training Solutions Limited – proprjetà tal-esperti Jill Kennedy u Alan Heath daħħlu wkoll kemxa kbira mill-inkjesta.
Waqt li dik ta’ Heath inħolqot wara li dan tqabbad bħala espert u bdieha b’kapital ta’ żewġ liri Sterlini wkoll, dik ta’ Kennedy ġiet salvata minn falliment grazzi għall-flus kbar li daħħlet mill-inkjesta.
Mhux eskluż li dawn iż-żewġ kumpaniji wkoll jispiċċaw ikunu mħollija.