L-eks Ministru għas-Saħħa ta’ GonziPN Joe Cassar qed ikun ikkontestat fil-Qorti għaliex qed jingassa bl-interdett anżjani li huma ta’ fehma Laburista, bl-iskuza tal-inkapaċita’ mentali, meta psikjatri oħra qed isostnu l-kontra.
Nifhmu li l-eks Ministru Cassar, li hu psikjatra u jiftaħar li hu ‘profiler’ – tant li niftakru jgħid li għamel rapporti dwar il-profili psikjatriċi ta’ politiċi Laburisti – għandu l-poter, li jaqbad u jipproponi li ċerti anżjani jkunu dikjarati interdettjati minħabba l-inkapaċita’ mentali tagħhom, u b’hekk jitneħħielhom id-dritt għall-vot.
L-eks Ministru ta’ GonziPN Joe Cassar
F’kawża quddiem il-Qorti f’dawn il-jiem, iltqajna ma’ każ serju ta’ kif Cassar qabad u ngassa anżjana li tinsab perfettament tajba u ddikjaraha bħala inkapaċi mentalment, minkejja li żewġ psikjatri oħra ċċertifikawha bħala tajba mentalment.
Dan is-sit se jkompli jsegwi l-każ, u ta’ anżjani oħra, filwaqt li jistaqsi lill-awtoritajiet kif u b’liema jedd Dr Jowe Cassar qed jagħmel dan.