Jekk fil-Qrati l-isem ta’ Nicole Brignone hu magħruf tant, li anki l-purtinar jaf min hi u dwar il-karriera kriminali tagħha, allura kif l-Avukat Ġenerali dehrlu li għandha tittella’ bħala xhud f’ġuri ta’ ċertu portata?
Kif?
L-Avukat Ġenerali dehrlu li kellu jtella’ lil Brignone xhud biex l-aqwa tfajjar il-gideb fil-konfront tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat, biex wara jgħidilha li ‘mhix kredibbli’!”
Din Brignone kienet qabdet u ħabbtet il-bieb tal-awtoritajiet fl-2022 biex tgġid li kellha informazzjoni dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Qalet li kien kellimha ċertu Kevin Ellul u qalilha li Muscat kien ħallas lil xi nies biex tinqatel Caruana Galizia.
L-importanti, li dak li qalet Brignone ma kienx investigat u fejn kien ovvju li kienet qed tigdeb mhux biss tiġi skarata u u ma tingġatax kredibilita. Le, anżi ntellgħuha xhud fil-ġuri li qed jinstema’ bħalissa kontra Robert Agius (Tal-Maksar) u Jamie Vella li huma mixlija li fornew il-bomba li qatlet lil Caruana Galizia.
Imma tridu oxxenita akbar!
Temmnu li fl-istess seduta ttella jixhed ukoll Kevin Ellul, u lanqas staqsewh fuq x’irrakkontat Brignone?
Vera l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u l-Qrati saru luna park!