Il-‘playbook’ ta’ Repubblika u tal-aħwa Robert u Karol Aquilina sar ikun prevedibbli ħafna.
Minn wara l-kwinti, qed isir minn kollox biex waqt il-protesta ta’ għada, Repubblika toħroġ fuq il-palk lil Simon Busuttil.
Għad mhux magħruf jekk l-eks Kap Nazzjonalista aċċettax li jkun protagonista saħansitra b’diskors, iżda ninsabu nfurmati li l-aħwa Aquilina qed jinsistu li “jilgħabu l-karta” Busuttil biex jattiraw lin-nies għall-protesta, kif ukoll biex jingħata sinjal ċar li l-fazzjoni militanti u estrema li qed imexxu hi b’saħħitha u li lesta tibda bl-azzjonijiet tagħha fi ħdan il-Partit Nazzjoanlista.
B’manuvri kkordinati mis-Siġġiewi, qed isir minn kollox biex Simon Busuttil jeġa jkun fuq quddiem l-ewwel bħala attivist fuq ir-‘Rule of Law’ u wara jgħaddi biex ikun propost mill-ġdid bħala l-Kap tal-PN għall-Elezzjonijiet Ġenerali ta’ sentejn oħra minflok Bernard Grech.
Għada mistenni wkoll li jitkellem Jason Azzopardi, minkejja li bħalissa għaddejja investigazzjoni mill-FIAU fuq ġid mhux spjegat u evażjoni fiskali, kif ukoll għandu inkjesta maġisterjali pendenti dwar allegazjonijiet serji ta’ malamministrazzjoni fil-konċessjonijiet ta’ artijiet pubbliċi. Din l-inkjesta ilha pendenti għal aktar minn 12-il sena.