L-aħwa Robert u Karol Aquilina nedew il-fażi l-aktar militanti tagħhom ntiża biex jiddestabilizzaw lill-pajjiż, b’avviż għal protesta ta’ Repubblika quddiem il-Parlament il-ġimgħa d-dieħla.
Din se tkun l-ewwel minn sensiela ta’ protesti li huma ppjanati għall-ġimgħat li ġejjin, u mill-informazzjoni li għandna, se jkunu ntenżjonati li jqajjmu kjass fil-pajjiż permezz ta’ protesti li se jvarjaw minn quddiem il-Parlament, għil-Qorti, Kastilja u saħansitra quddiem residenżi ta’ politiċi u esponenti Laburisti.
Fil-ġimgħat li għaddew konna żvelajna kif l-imġieba arroganti ta’ Karol Aquilina lejn l-iSpeaker tal-Kamra Anġlu Farrugia, kien biss il-preludju għall-istrateġija tiegħu li juri li qed jieħu l-kontroll tal-Partit Nazzjonalista u jikkordina din il-ħidma permezz ta’ ġidma konġunta ma’ Repubblika li hi mmexxija minn ħuħ Robert.
Bl-għajnuna ta’ Louis Galea, Jason Azzopardi u Manwel Delia, il-kampanja ta’ diżubbidjenża ċivili se tara l-involviment ta’ Bernard Gtrech, li qed ikun imġiegħel jattendi l-protesta minn Karol Aquilina, u qed jeżiġi li l-apparat kollu tal-PN jservi bħala spalla għas-sejħa għall-parteċipazzjoni tan-nies fl-attivitajiet li mistennija jitħabbru.
L-ispalla mingħand l-alleati fl-istampa msejħa ‘indipendenti’ diġa qed tidher.
Il-media ‘indipendenti’ tirkeb fuq il-kampanja ta’ avviżi għall-protesta ta’ Repubblika
Filwaqt li għal din il-protesta hu mistenni li jkun preżenti wkoll l-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil, din se sservi għalih bħala l-bidu tal-isforż tal-aħwa Aquilina biex jirriabiltawh u jlestuh biex jieħu lura t-tmexxija tal-PN u jkun hu l-Kap tal-PN għall-elezzjonijiet ta’ sentejn oħra minflok Bernard Grech.
Iżda l-aħwa Aquilina huma impażjenti.
L-intenżjoni tal-protesti – msejħa bl-iskuża tar-riforma li qed iressaq il-Gvern fil-Liġi dwar l-Inkjesti Maġisterjali – hi akbar milli naħsbu. L-aħwa Aquilina jridu joħolqu ambjent ta’ tensjoni li permeżż tiegħu jippruvaw iġiegħlu lill-Prim Ministru Robert Abela jsejjaħ elezzjoni ġenerali bikrija.
Intant, bostha huma dawk li qed jirreżistu l-attentat tal-aħwa Aquilina li jdaħħlu n-narrattiva ridikola li l-pajjiż jinsab fix-xifer u jqabblu s-sitwazzjoni f’Malta bħal dik fit-Turkija.
Fost dawk li wieġbdu direttament lil Robert Aquilina fuq Facebook kien l-attivist u blogger Laburista Neville Gafa.