Trid tara biex temmen.
Ninsabu fir-raba’ jum tax-xahatr ta’ April, u April Fool’s day għadda u mar, iżda għall-PN, l-iskerżi jkomplu.
Il-Partit Nazzjonalista se jtella l-produzzjoni ‘il-Ġuri, Dramm tal-Passjoni’ fid-Dar Ċentrali fil-jiem li ġejjin.
Filwaqt li l-attivita’ qed tkun reklamata b’saħħa mill-media tal-PN, ħafna qed jibgħatuli mid-Dar Ċentrali stess kemm l-uffiċċjali tal-PN m’għandhomx sens tal-implikazjoni tat-titlu tad-dtamm, hekk kif bħalissa hu Bernard Grech nnifsu għaddej ġuri u passjoni ma’ Karol Aquilina, Repubblika u mill-fazzjoni militanti estremista fi ħdan il-PN stess.
Bernard Grech saħansitra poġġa ritratti tiegħu jżur is-sala tal-Kunsill Ġenerali fid-Dar Ċentrali fejn se jittella’ d-dramm, u fejn fi ftit tal-ġimgħat oħra se jkun hu stess li se jgħaddi ġuri u passjoni mill-Kunsilliera tal-PN li diġa qed jintalbu jikkunsidraw biex jisfiduċjawh bħala l-Kap tal-PN.
Fl-iskrittura Mqaddsa li d-dramm jikkwota, hemm it-tradiment minn Ġuda l-Iskarjota, li bħalissa ma jonqosx fi ħdan il-PN lanqas.