Jekk ma kienx Jason Azzopardi , allura int kont Matthew li għaddejt il-whasapp chats privati ta’ rosianne Cutajar lil Mark Camilleri?
Ippermettili ftit, bla ma ninstema’ prużuntuż: Issa li naf li hemm din l-intimita’ bejnek u Mark Camilleri, tant li tagħffilu l-informazzjoni dwar fejn u ma’ min ikun qed jiekol Joseph Muscat, toħroġ spontanja l-mistoqsija allura jekk kontx int li għaddejt il-log kollu tac-chats li ppubblika Mark Camilleri.
Inwissik għall-ġid tiegħek Matthew, attent minn serp bħal Mark Camilleri.
Ma nemmix li jiixraqlek dik l-alleanża, għaliex jekk temmen fil-kawża għal ġustizzja għal ommok Daphne, żgur li Mark Camilleri hu l-agħar għażla ta’ alleat li qatt stajt tagħmel.
Jekk kont int li għaddejt il-cache bic-chats, se tasal il-ġurnata li jikxfek u ji9rranġak għall-festi quddiem il-Qrati u mal-Kummissarju għad-Data, li diġa jinsab lest biex jaqtalu l-appell.
Jekk Mark jiffaċċja l-multa massima ta’ €200,000 nassigurak li se jdur għalik.
Mark hu perikoluż, jittradik f’temp ta’ berqa ta’ sajjetta.
Jiwen avżajtek. Issa meta jkun xeba’ minnek Mark, nassigurak li jarmik, jitkaża bik u jikteb dwarek.