Il-vuċijiet b’saħħithom ta’ Andrew Azzopardi u Peppi Azzopardi baqgħu siekta matul dawn l-aħħar 24 siegħa li matulhom kien protagonist in-Nutar Robert Aquilina ta’ Repubblika, b’każ serju ħafna ta’ vjolenża domestika.
Kemm Peppi, kif ukoll Andrew Azzopardi kienu tkellmu u ħadu pożizzjonijiet iebsa kontra l-vjolenża domestika u saħansitra kienu appoġġjaw l-iniżjattivi ta’ Repubblika meta ħarġu jikkritikaw lill-Gvern wara l-pubblikazzjoni tar-rapport dwar il-qtil ta’ Bernice Cassar.
Skiet perfett ġej ukoll mill-kirurgu u apoloġista ta’ Repubblika Kevin Cassar, li ma kkummenta xejn dwar il-każ ta’ sieħbu Robert Aquilina.

Screenshot
Allahħares kien Laburist prominenti!
Sadanittant, skiet perfett ukoll ġej mill-Kurja tal-Arċisqof fejn Robert Aquilina nżerta n-Nutar tal-Kurja.
Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna qed jinjora kull mistoqsija dwar Aquilina.

Aktar ritratti: knisja.mt/ritratti