Se tgħaddi ġimgħa u l-kirurgu Kevin Cassar se jkun kiser rekord assolut: Dan li ma jitkeb xejn u ma jitkellem xejn fuq l-aħbar li xxokkja lill-pajjiż: L-akkuża serja ta’ vjolenża domestika fil-konfront ta’ sieħbu Robert Aquilina!
Cassar – li jiġi ħaten Beppe Fenech Adami – hu magħruf għall-mibgġieda li għandu għal Labour u lejn il-Laburosti, u ta’ spiss jirkeb fuq id-diskorsi u lp-kampanji ta’ Robert Aquilina u ta’ Repubblika kontra esponenti Laburisti.
Issa, dak li Kevin Cassar jikkunsidra bħala ‘t-tarka tar-Rule of Law’ jinsab bareea bil-police bail, jistenna li jitressaq il-Qorti fuq sensiela ta’ akkużi marbutin ma’ vjolenża domestika fuq martu.
Agħar minn hekk, filwaqt li Cassar dejjem kien pront juża l-Qrati, lill-Maġistrati u lill-Imħallfin bħala ‘l-ġudikanti retti’ kontra Laburisti, dan ma lissen xejn fuq l-oxxenita taċ-ċaħda tal-ħruġ ta’ mandat għall-arrest ta’ Aquilina mill-Maġistrat Kevan Azzopardi.
Kemm hu konvenjenti s-silenżju meta tkun ipokrita!
Imħatra li Kevin Cassar kien fost l-ewwel li bagħat messaġġi ta’ solidarjeta’ lil Aquilina malli sarjaf bil-każ.
Għax Robert Aquilina framed hux Kevin?