Bernard Grech stgħaġeb għaliex tat-Times staqsewh jekk se jkunx hu li se jmexxi lill-PN lejn l-Elezzjoni Ġenerali li tmiss.
Grech, bl-għerf politiku kollu tiegħu, ipprova jmeri s-sewwa magħruf fuq it-tensjonijiet interni tal-PN, ir-realtajiet li hu qed jiffaċċja bħala Kap tal-PN, u balleċ! Kellu l-ardir jgħid lil tat-Times, ‘li hu l-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela li qed jiffaċċja l-kriżi u qed jinfexx fil-PN bħala skuża, u għalhekk – skont Grech – ‘il-Prim Ministru qed jipprova jiddestabilizza lill-PN!
Tajba wkoll!
Jaf jaqra l-komiks Bernard Grech!
Parir umli minn dan is-sit, Gġażiż Bernard Grech, qisek għadek ma fhimtx li meta ta’ The Times javviċinawk biex twieġeb dwar it-tmexxija tal-PN, ma jkunx il-Prim Ministru Robert Abela li jibgħathom ta, iżda jkunu ta’ Repubbblika. Dak ikun il-messaġġ ċar lilek mingħandhom, biex tiġi in line ma’ dak li jridu huma. Mur kellem lil Karol Aquilina, għax iridek ħabin.