L-Assistant Kummissarju Keith Arnaud (fir-ritratt), dalgħodu kkonferma taħt ġurament li l-eks Chief of Staff f’Kastilja Keith Schembri qatt ma ssemma’ b’rabta ma ‘leaks’ ta’ informazzjoni fl-investigazzjonijiet dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Arnaud – li mexxa l-investigazzjonijiet dwar il-qtil tal-ġurnalista fl-2017 – qal dan fil-Qorti meta tkompliet il-kumpilazzjoni fil-konfront ta’ Keith Schembri li jinsab akkużat li għadda informazzjo I, jew għamel leak ta’ informazzjoni dwar l-investigazzjonijiet lil Yorgen Fenech.
Waqt l-istess seduta, Arnaud kkonferma li x-xhud Kenneth Camilleri kien biddel il-verżjoni tiegħu dwar fatti li oriġinarjament kien tkellem dwarhom mal-Pulizija darbtejn qabel.
Camilleri kien ta’ verżjoni fl-ewwel interrogazzjoni teigħu fl-2019, kien ikkonferma l-istess affarijiet f’interrogazzjoni oħra ġimgħatejn wara, sakemm sentejn wara, kien mar hu stess lura għand il-pulzija, jitlobhom biex ibiddel ibiddel iż-żewġ statements preċedenti.