Il-pjan ta’ Karol Aquilina għal kampanja ta’ diżubbidjenza ċivili, jinkludi protesta bin-nies fit-toroq fil-Belt Valletta kull ġimgħatejn.
Din il-kampanja – sfurżata fuq il-Kap Bernard Grech – se tibda fid-9 ta’ Marżu li ġej quddiem il-Parlament, fejn Aquilina u l-istrateġisti tal-fazzjoni estrema se jieħdu kejl tan-nies biex jaġġustaw l-offensiva tagħhom biex jiddestabilizzaw il-pajjiż.
Imkejjen viċin id-Dar Ċentrali qalulna li l-pjan ta’ Aquilina hui li joħloq l-istess klima ta’ instabbilta’ li kienet inħolqot fil-pajjiż fl-2019.
Bernard Grech minn naħa tiegħu hu kuntrarju għal dan il-pjan, għaliex hu konxju mill-periklu tal-militantiżmu estrem ta’ Aquilina, iżda kull oppożizzjoni tiegħu qed tkun fgata immedjatament fi ħdan il-PN.
Biex isiru dawn il-protesti iżda, Karol Aquilina għandu bżonn il-flus, u qed jikkapparra anki r-riżorsi organizzattivi tal-PN biex ikollu biżżejjed fondi biex ikopri l-ispejjeż għall-istunts li beħsiebu jtella kontra l-Gvern fil-ġimgħat li ġejjin.