KONFERMA: Dak li ktibt matul din il-ġimgħa dwar il-pjan djaboliku ta’ Karol Aquilina biex ikaxkar lill- Partit Nazzjonalista lejn id-diżubbidjenza ċivili permezz ta’ protesti fit-toroq, wed jiehu l-forma.
Rajnih verbalment vjolenti fil-Parlament nhar it-Tnejn u nhar it-Tlieta li għadda. Aquilina ida qed jimmira li jżid fl-isfida tiegħu fil-jiem li ġejjin.
Karol Aquilina ħa l-kontroll totali tal-PN fuq struzzjonijiet ta’ terżi barra d-Dar Ċentrali. – Fuq min hemm warajh u l-bqija tal-pjan kollu se niżvelah fis-siegħat li ġejjin.
Dawn it-teatrini qed isiru bi skop preċiz u ċar, u nerġa nisfida lill-Kap ‘flaġellat’ Bernard Grech biex ikun Malti u mhux aktar pupażż, u jagħmel il-ħaġa ġusta u jbiegħed lil Karol Aquilina mid-Dar Ċentrali mill-aktar fis.
Għamilha Eddie Fenech Adami ma’ Josie Muscat fis-snin 80.
Wasal iz-zmien li Grech ikun Kap u mhux aktar il-biċċa tal-art tal-fazzjoni li daqt tarmih ‘l hemm