Karol Aquilina kompla jkaxkar lill-Grupp Parlamentari Nazzjonalista lejn l-abbiss, hekk kif immedjatament wara xenata oħra fil-Kamra tar-Rappreżentanti fejn saħansitra sfida lill-iSpeaker Anġlu Farrugia biex ikeċċih mis-sala bil-puliizja, dan qabad u laqqa’ lill-Grupp Parlamentari biex joħroġ stqarrija u jkompli jattakka lill-istess Speaker.
Infurmati li Karol Aquilina ddetta l-kliem u t-ton tal-istqarrija li żżeblaħ l-awtorita’ tal-iSpeaker, u tinċita blill-poplu kontra l-awtorita’ tas-sedja.
L-istqarrija qed titqies bħala alibi għal Karol Aquilina biex jgħid li gġandu l-appoġġ ta’ sħabu fil-Grupp Parlamentari, meta fir-realta’ dan ħa l-kontroll assolut ta’ kemm il-Grupp Parlamentari u anki tal-PN, bil-Kap Bernard Grech jibqa’ mutu.
Fl-isfond ta’ sitwazzjoni li qed tkompli tiddeġenera fil-PN minħabba l-bullying ta’ Karol Aquilina ma’ deputati sħabu stess, hi imminenti li titħabbar ir-riżenja mill-Parlament u mill-PN tad-Deputat Ivaj J. Bartolo, li mhux qed jibqa’ jaċċetta din l-imġieba.