Karol Aquilina qed ikun sfurżat jgħaġġel il-pjan tiegħu għar-ritorn ta’ Simon Busuttil biex jieħu post Bernard Grech bħala l-Kap tal-Partit Nazzjonalista.
Il-pjan qed ikun mgħaġġel wara l-ħasda nhar il-Ħamis filgħaxija, meta waqt vot għall=elezzjoni ta’ Charles Bonello bħala s-Segretarju Ġenerali l-ġdid, faqqsu 32 Blue Heroes ġodda, li ħarġu kontra r-rieda tal-klikka estremista tiegħu, li warrab lil Michael Piccinino u jkollhom ‘bniedem tfdat minn ta’ ġewwa’.
Quddiem dan l-iżvilupp mhux mistenni ta’ oppożizzjoni qawwija mill-moderati, Karol Aquilina kellu bilfors jgħaġġel il-pjan tiegħu li flimkien mal-klikka tiegħu, jagħtu bidu għal proċess li fih Bernard Grech ikun sfiduċjat, jitneħħa minn Kap u minflok jerġa’ jiddaħħal Simon Busuttil.
Aquilina kien intenzjonat li jwettaq dan il-pjan wara l-Għid il-Kbir, iżda ċ-ċirkostanżi kif żviluppaw, ġiegħluh jgħaġġel l-affarijiet, anki minħabba li żball fil-kalkolu tiegħu – l-esaġerazzjoni fl-attakk tiegħu lejn l-iSpeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia, u l-pubblikazzjoni minn wara dahar sħabu tal-Grupp Parlamentari ta’ stqarrija b’attakk aħrax fuq l-integrita’ u l-awtorita’ tal-iSpeaker.
Dan il-kalkolu żbaljat tiegħu wassal għal rabja fost il-grupp parlamentari li qed jagħmel ħafna pressjoni fuq Bernard Grech biex jieħu passi dixxiplinarji kontrih u jissospendih, anki biex iżommu l-bogħod mid-Dar Ċentrali fejn hemmhekk ikkapparra kwasi l-kontroll assolut tal-Pn.
F’dan l-isfond, Aquilina u l-klikka tiegħu qed jaħdmu biex jantiċipaw lil Grech fl-eventwalita’ li jiddeċiedi fuq is-sospensjoni, u jibdew jesponu lil Simon Busuttil bħala l-Kap alternattiv tal-PN għall-Elezzjoni Ġenerali ta’ sentejn oħra.