Karol Aquilina, il-Kap de facto tal-PN hu rappurtat li hu furjuż għall-fjask fl-attendenza tan-nies għall-protesta ta’ Repubblika l-bieraħ.
Aquilina, li filmkien ma’ ħuħ Robert, qed iħaddmu t-tandem PN-Repubblika għall-missjoni estremista tagħhom kontra kollox li hu Laburist, mhux biss qed iwaħħal f’dak li qed isejjaħ bħala l-“inkompetenti” Bernard Grech, iżda nifhmu wkoll li qed idur fuq id-Deputati tal-PN, li mhux biss kienu assenti għall-protesta, minkejja li kienu l-Parlament, iżda l-maġġoranża kbira tagħhom qas tellgħu filmati jew promozzjoni għall-protesta fuq il-meżżi soċjali tagħhom.
Għall-aħwa Aquilina, il-protesta tal-bieraħ kienet kruċjali biex iniedu l-fażi l-ġdida tal-kampanja ta’ diżubbidjenża ċivili, u r-riforma fil-Liġi dwar l-Inkjesti Maġisterjali kienet organizzata propju bl-intrenżjoni li jingħataw “mandat” mingħand in-nies biex iżidu l-kampanja estremista tagħhom.
Nies viċin il-klikka ta’ Karol Aquilina qalulna li hu ‘furjuż’ u f’messaġġ li bagħat kif ukoll f’konversazzjoijiet li kellu, sotan magħhom li @lili ħadd ma jwaqqani għan-nejk.”
Kienet intiża wkoll biex l-aħwa Aquilina jibgħatu messaġġ ukoll lill-Partit Nazzjonalista fejn hi s-saħħa.
Dan kollu ma mmaterjalizzax fl-aktar mument importanti għall-aħwa Aquilina, u bdew jeħduha kontra kollox u kontra kulħadd.
Għalhekk, minn dalgħodu bdejna nsegwu l-bidu ta’ żviluppi aġitati fi ħdan il-PN, fejn il-klikka ta’ madwar Karol Aquilina qed tħejji l-mossa li tmiss bl-iskop li tkun lesta għal kontr-attakk tal-moderati, li issa huma ħerqana li jiffaċċjaw llil Aquilina u jużaw l-attendenza fqira għall-protesta bħala t-tweġiba ta’ ‘kelna raġun.’
Għall-osservaturi, l-attendenza fjakka għall-protesta tal-bieraħ għamlet ħsara lill-pretenżjonijiet ta’ Karol Aquilina.
Madankollu, kull min jaf lil Karol Aquilina sew, jaf li dan ma jċedix u ma jaċċetta qatt l-umiljazzjoni. Għaldaqstant, fil-jiem u fil-ġimgħat li ġejjin mistennija ħafna trikki-trakki fi ħdan il-PN.