Il-partitarji nazzjonalisti Għawdxin huma fost l-aktar voċiferi fil-protesta tagħhom kontra d-djufija ta’ Bernard Grech quddiem il-militanti estremi mmexxija mill-aħwa Karol u Robert Aquilina.
Wara li baqa’ ċass u ma ddefendiex lild-Deputat Alex Borg mill-attakk ta’ Repubblika permezz ta’ Kevin Cassar, Bernard Grech qed ikun imwissi millpartitarji Għawdin, biex ma jippruvax jersaq lejn Għawdex.
Permezz ta’ emails u telefonati lejn is-Segretarju Ġenerali Charles Bonello, matul dawn l-aħħar 48 siegħa, kienu ħafna l-attivisti u partitarji Għawdxin li qed jirrifjutaw it-tesseri, jibgħatuhom lura lejn id-Dar Ċentrali u agħar, qed jirriżenjaw mill-Kumitati Sezzjonali minn diversi lokalitajiet mhux biss f’Għawdex iżda anki madwar Malta.
Nifhmu li f’xi lokalitajiet, attivisti qed jiltaqgħu biex iħejju pjanijiet għal risposta lejn it-tmexxija ta’ Bernard Grech li hi inkapaċi tieqaf lill-estremisti ta’ Repubblika li ħadet il-kontroll assolut tal-partit.
Fil-posts li jmiss, se niżvela aktar fuq it-taqlib kbir li għaddej fil-PN f’din il-kriżi li ħakmitu, grazzi għad-djufija ta’ Grech u l-inkapaċita’ tiegħu li jieqaf lil Karol Aquilina u lill-klikka estremista li jmsexxi.