Kapaċi jkun Karol Aquilina li jittanta jisfida għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista, jekk kemm-il darba tirnexxi l-kampanja biex jittajjar Bernard Grech bħala l-Kap tal-PN.
Għallinqas din hi l-aħħar informazzjoni minn ħdan il-PN, f’dawn is-siegħat ta’ taqlib wara l-pubblikazzjoni nhar il-Ħadd li għadda, tas-survey tal-MaltaToday li wera li PN nqata lura b’distakk ta’ 24,00 vot u b’26 punt bejn Bernard Grech u l-Prim Ministru Robert Abela.
Nifmhu li l-mossa li Karol Aquilina jidħol għat-tellieqa eventwali, hi strateġija ntiża biex timblokka lil Bernard Grech mill-possibbilta’ li jċedi għall-pressjoni tal-partitarji biex jieħu l-miżuri mitluba minnhom u ‘jikkontrolla’ l-imġieba estremista tal-aħwa Aquilina.
‘Nifmhu li l-mossa li Karol Aquilina jidħol għat-tellieqa eventwali, hi strateġija ntiża biex timblokka lil Bernard Grech mill-possibbilta’ li jċedi għall-pressjoni tal-partitarji biex jieħu l-miżuri mitluba minnhom u ‘jikkontrolla’ l-imġieba estremista tal-aħwa Aquilina.’
L-imkejjen tagħna fil-PN qalulna li Karol Aquilina qed ikun mħeġġeġ jagħmel il-pass minn Simon Busuttil, li f’dawn l-aħħar siegħat hu rrappurtat li rrinunżja għall-‘offerta’ tal-estremisti, biex jerġa jittanta jerġa jidħol fix-xena u jkun hu li jidħol għat-tmexxija. Flimkien ma’ Busuttil hemm l-appoġġ ta’ Jason Azzopardi, kif ukoll ta’ Manwel Delia.
RITRATT: It-trio li ħakmet lill-PN u flimkien saru jiddeterminaw min għandu jmexxi jew le lill-PN
Din il-mossa meqjusa bħala makkjaveljana, mistennija tieħu l-forma fil-jiem li ġejjin, billi Karol Aquilina jkompli jissaħħaħ fil-PN billi jieħu l-kontroll assolut tal-media tal-PN, bl-għajnuna tal-ħbieb tiegħu hemm ġew.
Sadanittant, Karol Aquilina mistenni jingħata l-akbar appoġġ mingħand sħabu Beppe Fenech Adami, mark Anthony Sammut u Paula Mifsud Bonnici, biex ma nsemmux ukoll lil ħuħ Robert Aquilina li jmexxi l-għaqda estremista ‘Repubblika‘.