Hu messaġġ kriptiku ħafna, dak li tella’ dalgħodu fuq il-paġna Facebook tiegħu id-Deputat Għawdxi Alex Borg.
Borg, li jinsab taħt attakk mill-klikka militanti u estremista mmexxija mill-aħwa Karol u Robert Aquilina, tkellem fuq il-mixja tal-lejla f’Jum id-Duluri b’riżq Puttinu.
Filwaqt li ħeġġeġ lin-nies biex illejla ‘jagħmlu opra tal-ġid’ ma’ Puttinu, Alex Borg qal lis-segwaċi tiegħu: ‘L-aqwa sors ta’ kuraġġ u rieda biex naħdem għall-ġid inġibu minnkom.’
Żied jgħid: ‘Grażżi tal-appoġġ li dejjem sibt minnkom.’
Alex Borg il-bieraħ kien totalment assenti minn ma’ Bernard Grech waqt żjarat li saru għand xi negożji f’Għawdex.
Dan ippermetta lill-klikka estremista biex tirrispondi billi titfa’ fuq quddiem lill-kandidat ‘magħżul’ tagħhom fuq Għawdex u ‘anti-Alex Borg’: Beppe Galea.